Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1796

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1796 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija

    ĠU L 263, 8.10.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1796/oj

    Related international agreement

    8.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1796

    tal-1 ta' Ottubru 2015

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija (il-“Ftehim”), ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE (1).

    (2)

    Il-Ftehim ġie konkluż mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom (2).

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim (4).

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għar-Riċerka tal-Iżvizzera/tal-Komunitajiet fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' dak il-Kumitat meħuda skont l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    É. SCHNEIDER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE tal-4 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom tal-4 ta' Diċembru 2014 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 19).

    (3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 370 tat-30.12.2014 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top