EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1792

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 260, 7.10.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1792/oj

7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1792

tal-5 ta' Ottubru 2015

li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Rita BARBERÁ NOLLA, is-Sinjura Yolanda BARCINA ANGULO, is-Sinjura María Dolores de COSPEDAL GARCÍA, is-Sur Ignacio GONZÁLEZ GONZÁLEZ u s-Sur José Antonio MONAGO TERRAZA saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Enrique BARRASA SÁNCHEZ, is-Sur Borja COROMINAS FISAS, is-Sinjura Teresa GIMÉNEZ DELGADO DE TORRES, is-Sinjura María Victoria PALAU TÁRREGA u s-Sur Juan Luis SÁNCHEZ DE MUNIÁIN LACASA saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri:

D.a Miren Uxue BARCOS BERRUEZO, Presidenta de la Comunidad Foral de Navarra

D.a Cristina CIFUENTES CUENCAS, Presidenta de la Comunidad de Madrid

D. Guillermo FERNÁNDEZ VARA, Presidente de la Junta de Extremadura

D. Emiliano GARCÍA-PAGE SÁNCHEZ, Presidente de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha

D. Ximo PUIG I FERRER, Presidente de la Generalidad Valenciana

Artikolu 2

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri supplenti:

Dña Rosa BALAS TORRES, Directora General de Acción Exterior de la Junta de Extremadura

Dña. Elena CEBRIÁN CALVO, Consejera de Agricultura, Medio Ambiente, Cambio Climático y Desarrollo Rural de la Generalidad Valenciana

D. Cruz FERNÁNDEZ MARISCAL, Director General de Relaciones Institucionales y Asuntos Europeos de la Vicepresidencia de la Junta de Comunidades de Castilla-La Mancha

D.a Yolanda IBARROLA DE LA FUENTE, Directora General de Asuntos Europeos y Cooperación con el Estado de la Comunidad Autónoma de Madrid

D.a Ana OLLO HUALDE, Consejera de Relaciones Ciudadanas e Institucionales

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


Top