EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1765

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1765 tat-30 ta' Settembru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg fil-Ġermanja u tar-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2015) 6572) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 257, 2.10.2015, p. 44–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1765/oj

2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1765

tat-30 ta' Settembru 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg fil-Ġermanja u tar-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2015) 6572)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 tagħha jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali ta' kontroll obbligatorju għal wieħed mill-mardiet kuntaġġjużi elenkati fl-Anness E (II) tal-istess Direttiva, jista' jissottometti l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Din il-lista tinkludi r-rinotrakeite bovina infettiva. Ir-rinotrakeite bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1). L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu f'kummerċ intra-Unjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jkun tal-fehma li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn marda waħda mill-mard elenkat fl-Anness E(II) ta' din id-Direttiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti lill-Kummissjoni. Dan l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu għall-kummerċ intra-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-BHV1 imressqa mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li jitqiesu li huma ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Ir-reġjuni kollha tal-Ġermanja, bl-eċċezzjoni tal-Istati Federali tal-Bavarja, ta' Thüringen, tas-Sassonja, tas-Sassonja Anhalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern fil-preżent huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. Dawk l-Istati Federali huma ħielsa mill-BHV1, u għalhekk qegħdin elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Ġermanja ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni ta' sostenn biex l-Istat Federali ta' Baden-Württemberg jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-BHV1, u biex jiġi kkunsidrat għall-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(7)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa minn dak l-Istat Membru, l-Istat Federali ta' Baden-Württemberg ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandu jiġi elenkat fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludih. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Ir-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja bħalissa huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(9)

L-Italja ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni ta' sostenn biex ir-reġjun ta' Valle d'Aosta jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-BHV1, u biex jiġi kkunsidrat għall-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(10)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa mill-Italja, ir-reġjun ta' Valle d'Aosta ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandu jiġi elenkat fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludih. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwardwa garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Bremen

Ħamburg

Hesse

Is-Sassonja t'isfel

Nordrhein-Westfalen

Rheinland-Pfalz

Saarland

Schleswig-Holstein

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Baden-Württemberg

Bayern

Berlin

Brandenburg

Mecklenburg-Vorpommern

Is-Sassonja

Is-Sassonja-Anhalt

Thüringen

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha


Top