Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1524

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524 tal-14 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ĠU L 239, 15.9.2015, p. 157–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1524/oj

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/157


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1524

    tal-14 ta' Settembru 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    (2)

    Fit-13 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/432 (2) biex b'hekk il-miżuri jiġu imġedda għal sitt xhur oħra.

    (3)

    Fid-dawl tal-ipperikolar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata u dawk il-miżuri għandhom jiġu mġedda għal sitt xhur oħra.

    (4)

    Abbażi tar-rieżami tal-Kunsill, l-entrati fl-Anness għandhom jiġu emendati u l-entrata għal persuna mejta għandha titħassar.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2016.”;

    (2)

    l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432 tat-13 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, 14.3.2015, p. 47).


    ANNESS

    I.

    Il-persuna li ġejja hi mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

    Persuni

    72.

    Oleksiy Borisovych MOZGOVY

    II.

    L-entrati għall-persuni li ġejjin u l-entrata li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Sergey Valeryevich AKSYONOV,

    Sergei Valerievich AKSENOV (Сер Валерьевич AKCëHOB),

    Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов)

    Data tat-Twelid: 26.11.1972.

    Post tat-Twelid: Beltsy (Bălţi), issa r-Repubblika tal-Moldova

    Aksyonov kien elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Mid-9 ta' Ottubru 2014, il-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    Membru tal-Presidium tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja.

    17.3.2014

    2.

    Vladimir Andreevich Konstantinov

    (Владимир Андреевич Константинов)

    Data tat-Twelid: 19.11.1956

    Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew

    Bogomol, SSR tal-Moldova.

    Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea.

    17.3.2014

    3.

    Rustam Ilmirovich Temirgaliev

    (Рустам Ильмирович Темиргалиев)

    Data tat-Twelid: 15.8.1976

    Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR

    (SFSR tar-Russja) (Russian SFSR) (SFSR tar-Russja)

    Bħala eks Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    4.

    Denis Valentinovich Berezovskiy

    (Денис Валентинович Березовский)

    Data tat-Twelid: 15.7.1974

    Post tat-Twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna

    Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

    Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    5.

    Aleksei Mikhailovich Chaliy

    (Алексей Михайлович Чалый)

    Data tat-Twelid: 13.6.1961

    Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

    Chaliy sar “Sindku ta' Sevastopol” permezz ta' nomina popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Huwa ffirma t-Trattat dwar l-adozzjoni tar-Repubblika tal-Krimea mir-Russja. President tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

    17.3.2014

    6.

    Pyotr Anatoliyovych Zima

    (Пётр Анатольевич Зима)

    Data tat-Twelid: 29.3.1965

    Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

    17.3.2014

    7.

    Yuriy Gennadyevich Zherebtsov

    (Юрий Геннадиевич Жеребцов)

    Data tat-Twelid: 19.11.1969

    Post tat-Twelid: Izmail, Odessa Region, SSR tal-Ukrajna jew Odessa

    Kunsillier tal-Ispeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed mill-organizzaturi ewlenin tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Membru tal-Kamra Ċivika tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    8.

    Sergey Pavlovych Tsekov

    (Сергей Павлович Цеков)

    Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953

    Post tat-Twelid: Simferopol

    Viċi Speaker ta' Verkhovna Rada; Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

    Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    9.

    Ozerov, Viktor Alekseevich

    (Виктор Алексеевич Озеров)

    Data tat-Twelid: 5.1.1958

    Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

    President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    10.

    Dzhabarov, Vladimir Michailovich

    (Владимир Михайлович Джабаров)

    Data tat-Twelid: 29.9.1952

    L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    11.

    Klishas, Andrei Aleksandrovich

    (Андрей Александрович Клишас)

    Data tat-Twelid: 9.11.1972

    Post tat-Twelid: Sverdlovsk

    President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi, Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “il-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

    17.3.2014

    12.

    Ryzhkov, Nikolai Ivanovich

    (Николай Иванович Рыжков)

    Data tat-Twelid: 28.9.1929

    Post tat-Twelid: Dyleevka, reġjun ta' Donetsk, SSR tal-Ukrajna

    Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    13.

    Bushmin, Evgeni Viktorovich

    (Евгений Викторович Бушмин)

    Data tat-Twelid: 4.10.1958

    Post tat-Twelid: Lopatino, reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR

    Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    14.

    Totoonov, Aleksandr Borisovich

    (Александр Борисович Тотоонов)

    Data tat-Twelid: 3.4.1957

    Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia

    Membru tal-Kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza, u l-informazzjoni tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna

    17.3.2014

    15.

    Panteleev, Oleg Evgenevich

    (Олег Евгеньевич Пантелеев)

    Data tat-Twelid: 21.7.1952

    Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

    Kienl-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

    Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    16.

    Mironov, Sergei Mikhailovich

    (Сергей Михайлович Миронов)

    Data tat-Twelid: 14.2.1953

    Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta' Leningrad

    Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Federazzjoni Russa.

    Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni taċ-ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali.

    17.3.2014

    17.

    Zheleznyak, Sergei Vladimirovich

    (Сергей Владимирович Железняк)

    Data tat-Twelid: 30.7.1970

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

    Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    18.

    Slutski, Leonid Eduardovich

    (Леонид Эдуардович Слуцкий)

    Data tat-Twelid: 4.1.1968

    Post tat-Twelid: Moska

    President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru ta' LDPR).

    Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

    17.3.2014

    19.

    Vitko, Aleksandr Viktorovich

    (Александр Викторович Галкин)

    Data tat-Twelid: 13.9.1961

    Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

    Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    17.3.2014

    20.

    Sidorov, Anatoliy Alekseevich

    (Анатолий Алексеевич Сидоров)

    Data tat-Twelid: 2.7.1958

    Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta' Perm, USSR

    Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

    17.3.2014

    21.

    Galkin, Viktorovich Aleksandr

    (Александр Викторович Галкин)

    Data tat-Twelid: 22.3.1958

    Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia

    Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li l-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa d-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

    Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi ta' SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett.

    17.3.2014

    22.

    Rogozin, Dmitry Olegovich

    (Дмитрий Олегович Рогозин)

    Data tat-Twelid: 21.12.1963

    Post tat-Twelid: Moska

    Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

    21.3.2014

    23.

    Glazyev, Yurievich Sergey

    (Сергей Юрьевич Глазьев)

    Data tat-Twelid: 1.1.1961

    Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

    Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

    21.3.2014

    24.

    Matviyenko, Valentina Ivanova (twieldet Tyutina)

    (Валентина Ивановна Матвиенко (twieldet Тютина))

    Data tat-Twelid: 7.4.1949,

    Post tat-Twelid: Reġjun ta' Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna)

    Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    21.3.2014

    25.

    Naryshkin, Sergei Evgenevich

    (Сергей Евгеньевич Нарышкин)

    Data tat-Twelid: 27.10.1954

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

    Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

    21.3.2014

    26.

    Dmitry Konstantinovich KISELYOV,

    Dmitrii Konstantinovich KISELEV

    (Дмитрий Константинович Киселёв)

    Data tat-Twelid: 26.4.1954

    Post tat-Twelid: Moska

    Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013 bħala Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet “Rossiya Segodnya” tal-Istat Federali Russu.

    Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukrajna.

    21.3.2014

    27.

    Nosatov, Alexander Mihailovich

    (Александр Михайлович Носатов)

    Data tat-Twelid: 27.3.1963

    Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna)

    Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    21.3.2014

    28.

    Kulikov, Valery Vladimirovich

    (Валерий Владимирович Куликов)

    Data tat-Twelid: 1.9.1956

    Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

    Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    21.3.2014

    29.

    Surkov, Vladislav Yurievich

    (Владислав Юрьевич Сурков)

    Data tat-Twelid: 21.9.1964,

    Post tat-Twelid: Solntsevo, reġjun ta' Lipetsk

    Ajjutant tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea.

    21.3.2014

    30.

    Mikhail Grigorievich Malyshev

    (Александр Викторович Галкин)

    Data tat-Twelid: 10.10.1955

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum.

    21.3.2014

    31.

    Valery Kirillovich Medvedev

    (Михаил Григорьевич Малышев)

    Data tat-Twelid: 21.8.1946

    Post tat-Twelid: Shmakovka, Reġjun ta' Primorsky

    President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum.

    21.3.2014

    32.

    Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) Turchenyuk

    (Игорь Николаевич Турченюк)

    Data tat-Twelid: 5.12.1959

    Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan

    Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

    21.3.2014

    33.

    Elena Borisovna Mizulina (imwielda Dmitriyeva)

    (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева)

    Data tat-Twelid: 9.12.1954

    Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

    Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

    21.3.2014

    34.

    Dmitry Nikolayevich Kozak

    (Дмитрий Николаевич Козак)

    Data tat-Twelid: 7.11.1958

    Post tat-Twelid: Bandurovo, reġjun ta' Kirovograd, SSR tal-Ukrajna

    Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    35.

    Oleg Yevgenyvich Belaventsev

    (Олег Евгеньевич Пантелеев)

    Data tat-Twelid: 15.9.1949

    Post tat-Twelid: Moska

    Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

    29.4.2014

    36.

    Oleg Genrikhovich Savelyev

    (Олег Генрихович Савельев)

    Data tat-Twelid: 27.10.1965

    Post tat-Twelid: Leningrad

    Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    37.

    Sergei Ivanovich Menyailo

    (Сергей Иванович Меняйло)

    Data tat-Twelid: 22.8.1960

    Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia,

    SSR Awtonoma, RSFSR

    Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol.

    29.4.2014

    38.

    Olga Fedorovna Kovatidi

    (Ольга Фёдоровна Ковитиди)

    Data tat-Twelid: 7.5.1962

    Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna

    Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

    29.4.2014

    40.

    Sergei Ivanovich Neverov

    (Сергей Иванович Неверов)

    Data tat-Twelid: 21.12.1961

    Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR

    Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    41.

    Igor Dmitrievich SERGUN

    (Игорь Дмитриевич Сергун)

    Data tat-Twelid: 28.3.1957

    Post tat-Twelid: Podolsk, Oblast ta' Moska

    Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli għall-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukrajna.

    29.4.2014

    42.

    Valery Vasilevich Gerasimov

    (Валерий Васильевич Герасимов)

    Data tat-Twelid: 8.9.1955

    Post tat-Twelid: Kazan

    Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

    29.4.2014

    43.

    German Prokopiv

     

    Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”.

    29.4.2014

    44.

    Valeriy Dmitrievich Bolotov

    (Валерий Дмитриевич Болотов)

    Data tat-Twelid: 13.2.1970

    Post tat-Twelid: Luhansk

    Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

    29.4.2014

    45.

    Andriy Yevgenovych PURGIN

    (Андрiй Eвгенович Пургiн),

    Andrei Evgenevich PURGIN

    (Андрей Евгеньевич Пургин)

    Data tat-Twelid: 26.1.1972

    Post tat-Twelid: Donetsk

    L-eks Kap tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. L-hekk imsejjaħ “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.4.2014

    46.

    Denys Volodymyrovych PUSHYLIN

    (Денис Володимирович Пушилiн),

    Denis Vladimirovich PUSHILIN

    (Денис Владимирович Пушилин)

    Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. L-hekk imsejjaħ “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.4.2014

    47.

    Tsyplakov Sergey Gennadevich

    Data tat-Twelid: 1.5.1983

    Post tat-Twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

    Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

    29.4.2014

    48.

    Igor Vsevolodovich Girkin

    (Игорь Всеволодович Гиркин) magħruf ukoll bħala Igor Strelkov (Ihor Strielkov)

    Data tat-Twelid: 17.12.1970

    Post tat-Twelid: Moska

    Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim Ministru tal-Krimea. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”.

    29.4.2014

    49.

    Vyacheslav Viktorovich Volodin

    (Вячеслав Викторович Володин)

    Data tat-Twelid: 4.2.1964

    Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

    L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    50.

    Vladimir Anatolievich Shamanov

    (Владимир Анатольевич Шаманов)

    Data tat-Twelid: 15.2.1957

    Post tat-Twelid: Barnaul.

    Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

    12.5.2014

    51.

    Vladimir Nikolaevich Pligin

    (Владимир Николаевич Плигин)

    Data tat-Twelid: 19.5.1960

    Post tat-Twelid: Ignatovo,

    Oblast ta' Vologodsk, USSR.

    President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    52.

    Petr Grigorievich JAROSH

    (Петр Григорьевич Ярош)

    Data tat-Twelid:: 30.1.1971 jew 16.3.1966

    Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Skvortsovo, reġjun ta' Simferopol, il-Krimea

    Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

    12.5.2014

    53.

    Oleg Grigorievich Kozyura

    (Олег Григорьевич Козюра)

    Data tat-Twelid: 19.12.1962

    Post tat-Twelid: Zaporozhye

    Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

    12.5.2014

    54.

    Viacheslav PONOMARIOV,

    Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV

    (В'ячеслав Володимирович Пономарьов),

    Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV

    (Вячеслав Владимирович Пономарëв)

    Data tat-Twelid: 2.5.1965

    Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

    L-eks sindku awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk. Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    12.5.2014

    55.

    Igor Nikolaevich Bezler

    (Игорь Николаевич Безлер) magħruf ukoll bħala Bes (devil)

    Data tat-Twelid: 30.12.1965

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

    12.5.2014

    57.

    Oleg TSARIOV,

    Oleh Anatoliyovych TSAROV

    (Олег Анатолтович Царьов),

    Oleg Anatolevich TSAREV

    (Олег Анатольевич Цаpëв)

    Data tat-Twelid: 2.6.1970

    Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

    Ex membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

    12.5.2014

    58.

    Roman Viktorovich Lyagin

    (Роман Викторович Лягин)

    Data tat-Twelid: 30.5.1980,

    Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna

    Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. eks “Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali”.

    12.5.2014

    59.

    Aleksandr Sergeevich MALYKHIN,

    Alexander Sergeevich MALYHIN

    (Александр Сергеевич Малнхин)

    Data tat-Twelid: 12.1.1981

    Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    12.5.2014

    60.

    Natalia Vladimirovna Poklonskaya

    (Наталья Владимировна Поклонская)

    Data tat-Twelid: 18.3.1980

    Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

    Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

    12.5.2014

    61.

    Igor Sergeievich Shevchenko

    (Игорь Сергеевич Шевченко)

    Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea

    Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

    12.5.2014

    62.

    Aleksandr Yurevich BORODAI

    (Александр Юрьевич Бородай)

    Data tat-Twelid: 25.7.1972

    Post tat-Twelid: Moska

    Dak li kien jissejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-unjoni ta' Novorossiya. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

    12.7.2014

    63.

    Alexander KHODAKOVSKY,

    Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKIY

    (Олександр Сергiйович Ходаковський),

    Aleksandr Sergeevich KHODAKOVSKII

    (Александр Сергеевич Ходаковский)

    Data tat-Twelid: 18.12.1972

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Dak li kien jissejjaħ “Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

    12.7.2014

    64.

    Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY,

    (Александр Александрович Калюсский)

    Data tat-Twelid: 9.10.1975

    L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.7.2014

    65.

    Alexander KHRYAKOV,

    Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

    (Александр Витальевич Хряков),

    Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

    (Олександр ВiTалiйович Хряков)

    Data tat-Twelid: 6.11.1958

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.7.2014

    66.

    Marat Faatovich BASHIROV

    (Марат Фаатович Баширов)

    Data tat-Twelid: 20.1.1964

    Post tat-Twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

    Dak li kien jissejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju 2014.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    12.7.2014

    67.

    Vasyl NIKITIN,

    Vasilii Aleksandrovich NIKITIN

    (Василий Александрович Никитин)

    Data tat-Twelid: 25.11.1971

    Post tat-Twelid: Shargun (Uzbekistan)

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid tar-reġjun”.

    12.7.2014

    68.

    Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

    (Алексей Вячеславович Карякин)

    Data tat-Twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

    Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk)

    L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

    12.7.2014

    69.

    Yuriy Volodymyrovych IVAKIN

    (Юрiй Володимирович Iвакiн),

    Iurii Vladimirovich IVAKIN

    (Юрий Владимирович Ивакин)

    Data tat-Twelid: 13.8.1954

    Post tat-Twelid: Perevalsk (oblast ta' Lugansk)

    Dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    12.7.2014

    70.

    Igor PLOTNITSKY,

    Igor Venediktovich PLOTNITSKII

    (Игорь Венедиктович Плотницкий)

    Data tat-Twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

    Post tat-Twelid: Lugansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

    Dak li kien jissejjaħ “Ministru għad-Difiża” ta' qabel u bħalissal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    12.7.2014

    71.

    Nikolay KOZITSYN

    Data tat-Twelid: 20.6.1956

    Post tat-Twelid: Reġjun ta' Donetsk

    Kmandant tal-forzi Kosakki.

    Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

    12.7.2014

    73.

    Mikhail Efimovich FRADKOV

    (Михаил Ефимович Фрадков)

    Data tat-Twelid: 1.9.1950

    Post tat-Twelid: Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    74.

    Nikolai Platonovich PATRUSHEV

    (Николай Платонович Патрушев)

    Data tat-twelid: 11.7.1951

    Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu).

    Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    75.

    Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

    (Александр Васильевич Бортников)

    Data tat-Twelid: 15.11.1951

    Post tat-Twelid: Perm

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    76.

    Rashid Gumarovich NURGALIEV

    (Рашид Гумарович Нургалиев)

    Data tat-Twelid: 8.10.1956

    Post tat-Twelid: Zhetikara, Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka

    Membru permanenti u Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    77.

    Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

    (Борис Вячеславович Грызлов)

    Data tat-twelid: 15.12.1950

    Post tat-Twelid: Vladivostok

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    78.

    Sergei Orestovoch BESEDA

    (Сергей Орестович Беседа)

    Data tat-Twelid: 17.5.1954

    Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

    25.7.2014

    79.

    Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV

    (Михаил Владимирович Дегтярëв)

    Data tat-twelid: 10.7.1981

    Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara)

    Membru tad-Duma tal-Istat.

    Fit-23.5.2014 huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    80

    Ramzan Akhmadovitch KADYROV

    (Рамзан Ахматович Кадыров)

    Data tat-Twelid: 5.10.1976

    Post tat-Twelid: Tsentaroy.

    President tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b'appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukrajna. Fl-14 ta' Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu “ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea”. F'dak il-kuntest, huwa ngħata l-medalja għal-“liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta' Ġunju 2014 huwa qal li huwa lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukrajna jekk jintalab jagħmel dan.

    25.7.2014

    81.

    Alexander Nikolayevich TKACHYOV

    (Александр Николаевич Ткачëв)

    Data tat-Twelid: 23.12.1960

    Post tat-twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

    L-eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

    Ingħata l-medalja “għal-liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Fl-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

    25.7.2014

    82.

    Pavel GUBAREV

    (Павел Юрьевич Губарев)

    Data tat-Twelid: 10.2.1983

    Post tat-Twelid: Sievierodonetsk

    Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev huwa responsabbli mir-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

    Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

    Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    83.

    Ekaterina Iurievna GUBAREVA

    (Екатерина Юрьевна Губарева),

    Katerina Yuriyovna GUBARIEVA

    (Катерина Юрiйовнa Губарева)

    Data tat-Twelid: 5.7.1983

    Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

    Fil-kapaċità tagħha bħala dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    25.7.2014

    84.

    Fedor Dmitrievich BEREZIN

    (Фëдор Дмитриевич Березин),

    Fedir Dmitrovych BEREZIN

    (Федiр Дмитрович Березiн)

    Data tat-Twelid: 7.2.1960

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Dak li kien jissejjaħ “viċi Ministru għad-difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    25.7.2014

    85.

    Valery Vladimirovich KAUROV

    Валерий Владимирович Кауров

    Data tat-Twelid: 2.4.1956

    Post tat-Twelid: Odessa

    L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukrajna. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    86.

    Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK

    Сергей Анатольевич Здрнлюкv

    Data tat-Twelid: 23.6.1972

    Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia

    Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    87.

    Vladimir ANTYUFEYEV

    Владимир Антюфеев

    (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

    Data tat-Twelid: 19.2.1951

    Post tat-Twelid: Novosibirsk

    Ex “Ministru tas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Eks viċi prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    25.7.2014

    88.

    Alexey Alexeyevich GROMOV

    (Алексей Алексеевич Громов)

    Data tat-Twelid: 31.5.1960

    Post tat-Twelid: Zagorsk (Sergiev Posad)

    Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

    30.7.2014

    90.

    Boris Alekseevich LITVINOV

    (Борис Алексеевич Литвинов)

    Data tat-Twelid: 13.1.1954

    Post tat-Twelid: Dzerzhynsk (oblast ta' Donetsk)

    Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u kien president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    91.

    Sergey Vadimovich ABISOV

    (Сергей Вадимович Абисов)

    Data tat-twelid: 27.11.1967

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    92.

    Arkady Romanovich ROTENBERG,

    Arkadii Romanovich ROTENBERG

    (Аркадий Романович Ротенберг)

    Data tat-Twelid: 15.12.1951

    Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu).

    Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.

    Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Il-livell tiegħu ta' suċċess ekonomiku huwa attribwibbli għall-influwenza ta' persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet li jiffavorixxuh, b'mod partikolari fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi.

    Huwa bbenefika mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma' persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li ngħata kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ngħataw b'mod notevoli diversi kuntratti li jħallu ħafna qligħ għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi.

    Huwa wkoll is-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt tal-Istat għall-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, li b'hekk tikkonsolida l-integrazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Russa li b'hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li notevolment implimentat il-proġett “Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz — Krimea”, kampanja ta' relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b'hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.

    30.7.2014

    93.

    Konstantin Valerevich MALOFEEV

    (Константин Валерьевич Малофеев)

    Data tat-Twelid: 3.7.1974

    Post tat-Twelid: Puschino

    Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)”.

    Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    94.

    Yuriy Valentinovich KOVALCHUK

    (Юрий Валентинович Ковальчук)

    Data tat-twelid: 25.7.1951

    Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu).

    Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

    Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    95.

    Nikolay Terentievich SHAMALOV

    (Николай Терентьевич Шамалов)

    Data tat-Twelid: 24.1.1950

    Post tat-Twelid: Il-Belarussja

    Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

    Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    96.

    Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO

    (Александр Владимирович Захарченко)

    Data tat-Twelid: 26.6.1976

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    97.

    Vladimir

    KONONOV/magħruf ukoll bħala Tsar' (Владимир Петровнч Кононов)

    Data tat-Twelid: 14.10.1974

    Post tat-Twelid: Gorsky

    Mill-14 ta' Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    98.

    Miroslav Vladimirovich RUDENKO

    (Мирослав Владимирович Руденко)

    Data tat-Twelid: 21.1.1983

    Post tat-Twelid: Debalcevo

    Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” fl-hekk imsejjaħ “Parlament tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    99.

    Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

    Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV

    (Геннадий Николаевич ЦыПлаков)

    Data tat-Twelid: 21.6.1973

    Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

    Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    101.

    Oleg Vladimirovich BEREZA

    (Олег Владимирович Берëза)

    Data tat-Twelid: 1.3.1977

    “Ministru għall-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    102.

    Andrei Nikolaevich RODKIN

    (Андрей Николаевич Родкин)

    Data tat-Twelid: 23.9.1976

    Post tat-Twelid: Moska

    Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    103.

    Aleksandr Akimovich KARAMAN

    (Александр Акимович Караман),

    Alexandru CARAMAN

    Data tat-Twelid: 26.7.1956 jew 26.6.1956

    Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova

    “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    104.

    Georgiy L'vovich MURADOV

    (Георгий Львович Мурадов)

    Data tat-Twelid: 19.11.1954

    Post tat-Twelid: Kochmes, Komi ASSR

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    105.

    Mikhail Sergeyevich SHEREMET

    (Михаил Сергеевич Шеремет)

    Data tat-twelid: 23.5.1971

    Post tat-Twelid: Dzhankoy

    L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    106.

    Yuri Leonidovich VOROBIOV

    (Юрий Леонидович Воробьев)

    Data tat-twelid: 2.2.1948

    Post tat-Twelid: Krasnoyarsk

    Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukrajna. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

    12.9.2014

    107.

    Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

    (Владимир Вольфович Жириновски)

    Data tat-Twelid: 25.4.1946

    Post tat-Twelid: Alma-Ata, SSR Kazaka

    Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv li tinqasam l-Ukraina. Iffirma, f'isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    108.

    Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

    (Васильев Владимир Абдуалиевич)

    Data tat-Twelid: 11.8.1949

    Post tat-Twelid: Klin

    Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    109.

    Viktor Petrovich VODOLATSKY

    (Виктор Петрович Водолацкий)

    Data tat-Twelid 19.8.1957

    Post tat-Twelid: Stefanidin Dar, reġjun ta' Rostov

    President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukren fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    110.

    Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

    (Леонид Иванович Калашников)

    Data tat-Twelid: 6.8.1960

    Post tat-Twelid: Stepnoy Dvorets

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    111.

    Vladimir Stepanovich NIKITIN

    (Владимир Степанович Никитин)

    Data tat-Twelid 5.4.1948

    Post tat-Twelid: Opochka

    L-Ewwel eks Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    112.

    Oleg Vladimirovich LEBEDEV

    (Олег Владимирович Лебедев)

    Data tat-Twelid 21.3.1964

    Post tat-twelid: Rudny, reġjun ta' Kostanai, SSR Kazaka

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    113.

    Ivan Ivanovich MELNIKOV

    (Иван Иванович Мельников)

    Data tat-Twelid: 7.8.1950

    Post tat-Twelid: Bogoroditsk

    L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    114.

    Igor Vladimirovich LEBEDEV

    (Игорь Владимирович Лебедев)

    Data tat-Twelid: 27.9.1972

    Post tat-Twelid: Moska

    Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    115.

    Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

    (Николай Владимирович Левичев)

    Data tat-Twelid: 28.5.1953

    Post tat-Twelid: Pushkin

    Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    116.

    Svetlana Sergeevna ZHUROVA

    (Светлана Сергеевна Журова)

    Data tat-Twelid 7.1.1972

    Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    117.

    Aleksey Vasilevich NAUMETS

    (Алексей Васильевич Haумец)

    Data tat-Twelid: 11.2.1968

    Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

    12.9.2014

    118.

    Sergey Viktorovich CHEMEZOV

    (Сергей Викторович Чемезов)

    Data tat-Twelid: 20.8.1952

    Post tat-Twelid: Cheremkhovo

    Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    12.9.2014

    119.

    Alexander Mikhailovich BABAKOV

    (Aлександр Михайлович Бабаков)

    Data tat-Twelid: 8.2.1963

    Post tat-Twelid: Chisinau

    Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

    Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    120.

    Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov)

    Сергей Козьяков

    Data tat-Twelid: 29.9.1982

    Fil-kapaċità tiegħu bħala “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    121.

    Oleg Konstantinovich AKIMOV magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV

    (Олег Константинович Акимов)

    Data tat-Twelid:: 15.9.1981

    Post tat-Twelid: Lugansk

    Deputat fl-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    122.

    Larisa Leonidovna AIRAPETYAN magħrufa wkoll bħala Larysa AYRAPETYAN, Larisa AIRAPETYAN jew Larysa AIRAPETYAN

    (Лариса Леонидовна Айрапетян)

    Data tat-Twelid: 21.2.1970

    “Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħarġet bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    123.

    Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO magħruf ukoll bħala Yuriy SIVOKONENKO,

    Yury SIVOKONENKO, Yury SYVOKONENKO (Юрий Викторович Сивоконенко)

    Data tat-Twelid: 7.8.1957

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u jaħdem fl-Unjoni ta' veterani tad-Donbass Berkut. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    124.

    Aleksandr Igorevich KOFMAN magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN

    (Александр Игоревич Кофман)

    Data tat-Twelid: 30.8.1977

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    125.

    Ravil Zakarievich KHALIKOV

    (Равиль Закариевич Халиков)

    Data tat-Twelid: 23.2.1969

    Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR

    “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur Ġenerali” preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    126.

    Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

    Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

    (Дмитрий Александрович Семенов)

    Data tat-Twelid: 3.2.1963

    Post tat-Twelid: Moska

    “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    127.

    Oleg BUGROV

    (Олег Бугров)

    Data tat-Twelid: 29.8.1969

    Eks “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    128.

    Lesya LAPTEVA

    (Леся Лаптева)

     

    Eks “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    129.

    Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV

    (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych Mychaylov)

    (Евгений Здуардович Михайлов)

    Data tat-Twelid: 17.3.1963

    Post tat-twelid: Arkhangelsk

    “Kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    132.

    Vladyslav Nykolayevych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nykolayevich DEYNEGO

    (Владислав Николаевич Дейнего)

    Data tat-Twelid: 12.3.1964

    “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    133.

    Pavel DREMOV magħruf ukoll bħala Batya

    (Павел Леонидович ДРËМОВ),

    Pavlo Leonidovych DRYOMOV

    (Павло Леонщович Дрьомов)

    Data tat-Twelid: 22.11.1976

    Post tat-Twelid: Stakhanov

    Kmandant tal-“Ewwel Reġiment Kosakk”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    134.

    Alexey MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serb

    (Алексей МИЛЬЧАКОВ)

    Data tat-Twelid: 30.4.1991 jew 30.1.1991

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu

    Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    135.

    Arseny PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola

    ApcéHий Сергеевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторoла)

    Data tat-Twelid: 2.2.1983

    Post tat-Twelid: Ukhta, Komi

    Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    136.

    Mikhail Sergeevich TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi

    (Михаил Сергеевич Толстых)

    Data tat-Twelid: 19.7.1980

    Post tat-Twelid: Ilovaisk

    Kmandant tal-brigata “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    137.

    Eduard Aleksandrovich BASURIN

    (Здуард Александрович Басурин)

    Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966

    Post tat-Twelid: Donetsk

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    138.

    Alexandr SHUBIN

    Александр Васильевич ШУБИН

    Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

    Post tat-Twelid: Luhansk

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

    16.2.2015

    139.

    Sergey Anatolievich LITVIN

    (Сергей Анатольевич Литвин)

    Data tat-Twelid: 2.7.1973

    L-hekk imsejjaħ “Viċi President” tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    141.

    Ekaterina FILIPPOVA

    Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА

    Data tat-Twelid: 20.11.1988

    Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

    L-hekk imsejħa “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    142.

    Aleksandr TIMOFEEV

    Александр ТИМОФЕЕВ

    Data tat-Twelid: 27.1.1974

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

    16.2.2015

    143.

    Evgeny Vladimirovich MANUILOV

    (Евгений Владимирович Мануйлов)

    Data tat-Twelid: 5.1.1967

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    144.

    Viktor YATSENKO

    (Виктор ЯЦЕНКО)

    Data tat-Twelid: 22.4.1985

    Post tat-Twelid: Kherson

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    146.

    Zaur ISMAILOV

    (Заур Исмаилов Рауфович)

    Data tat-Twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

    Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad Lugansk

    L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    147.

    Anatoly Ivanovich ANTONOV

    (Анатолий Иванович Антонов)

    Data tat-Twelid 15.5.1955

    Post tat-Twelid: Omsk

    Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    148.

    Arkady Viktorovich BAKHIN

    (Аркадий Викторович Бахин)

    Data tat-Twelid: 8.5.1956

    Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

    L-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    149.

    Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

    (Андрей Валерьевич Картaпoлoв)

    Data tat-Twelid: 9.11.1963

    Post tat-Twelid: GDR (DDR)

    Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fiż-żewġ kapaċitajiet huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    150.

    Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON

    (Иосиф Дaвьιдoвич Кобзон)

    Data tat-Twelid: 11.9.1937

    Post tat-Twelid: Tchassov Yar, Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat.

    Huwa żar l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u matul iż-żjara tiegħu għamel dikjarazzjonijiet li jappoġġaw lis-separatisti. Huwa nħatar ukoll Konslu Onorarju tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fil-Federazzjoni Russa.

    Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    16.2.2015

    151.

    Valery Fedorovich RASHKIN

    (Валерий Фëдoрoвич Рашкин)

    Data tat-Twelid: 14.3.1955

    Post tat-twelid: Zhilino, reġjun ta' Kaliningrad

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet ta' Etniċità.

    Huwa l-fondatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva — Red Moscow Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw is-separatisti, u b'hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    16.2.2015

    Entitajiet:

    33

    Brigata Prizrak

    (“Бригада ‘Призрак”)

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna..

    16.2.2015


    Top