This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1504
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1504 of 7 September 2015 granting derogations to certain Member States as regards the provision of statistics pursuant to Regulation (EC) No 1099/2008 of the European Parliament and of the Council on energy statistics (notified under document C(2015) 6105) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1504 tas-7 ta' Settembru 2015 li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija (notifikata bid-dokument C(2015) 6105) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1504 tas-7 ta' Settembru 2015 li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija (notifikata bid-dokument C(2015) 6105) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 235, 9.9.2015, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/24 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1504
tas-7 ta' Settembru 2015
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija
(notifikata bid-dokument C(2015) 6105)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Olandiż u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(4) u10(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008, fuq talba debitament ġustifikata ta' Stat Membru, jistgħu jingħataw derogi għal dawk il-partijiet tal-istatistiċi nazzjonali li l-ġbir tagħhom iwassal għal piż eċċessiv fuq dawk li jwieġbu. |
|
(2) |
Il-Belġju, l-Estonja, Ċipru u s-Slovakkja ressqu talbiet għall-kisba ta' derogi fir-rigward tal-provvediment ta' statistiki dwar il-konsum dettaljat tal-enerġija fid-djar skont it-tip ta' użu aħħari għal ċerti snin ta' referenza. |
|
(3) |
L-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri tiġġustifika l-għoti ta' derogi. |
|
(4) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jingħataw id-derogi li ġejjin mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:
|
(1) |
Il-Belġju jingħata deroga milli jipproduċi riżultati għas-sena ta' referenza 2015 għall-punt 1.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 2.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 3.2.3 partiti 3.1 sa 3.6, il-punt 4.2.3 partiti 7.2.1 sa 7.2.5 u l-punt 5.2.4 partiti 4.2.1 sa 4.2.5 tal-Anness B dwar statistiki dwar il-konsum dettaljat tal-enerġija fid-djar skont it-tip ta' użu aħħari (kif definit fil-punt 2.3 partita 26 “Setturi Oħra — Residenzjali” tal-Anness A). |
|
(2) |
L-Estonja tingħata deroga milli tipproduċi riżultati għas-snin ta' referenza 2015, 2016 u 2017 għall-punt 1.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 2.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 3.2.3 partiti 3.1 sa 3.6, il-punt 4.2.3 partiti 7.2.1 sa 7.2.5 u l-punt 5.2.4 partiti 4.2.1 sa 4.2.5 tal-Anness B dwar statistiki dwar il-konsum dettaljat tal-enerġija fid-djar skont it-tip ta' użu aħħari (kif definit fil-punt 2.3 partita 26 “Setturi Oħra — Residenzjali” tal-Anness A). |
|
(3) |
Ċipru jingħata deroga milli jipproduċi riżultati għas-snin ta' referenza 2015, 2016 u 2017 għall-punt 1.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 2.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 3.2.3 partiti 3.1 sa 3.6 u l-punt 5.2.4 partiti 4.2.1 sa 4.2.5 tal-Anness B dwar statistiki dwar il-konsum dettaljat tal-enerġija fid-djar skont it-tip ta' użu aħħari (kif definit fil-punt 2.3 partita 26 “Setturi Oħra — Residenzjali” tal-Anness A). |
|
(4) |
Is-Slovakkja tingħata deroga milli tipproduċi riżultati għas-snin ta' referenza 2015 u 2016 għall-punt 1.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 2.2.3 partiti 4.2.1 sa 4.2.5, il-punt 3.2.3 partiti 3.1 sa 3.6, il-punt 4.2.3 partiti 7.2.1 sa 7.2.5 u l-punt 5.2.4 partiti 4.2.1 sa 4.2.5 tal-Anness B dwar statistiki dwar il-konsum dettaljat tal-enerġija fid-djar skont it-tip ta' użu aħħari (kif definit fil-punt 2.3 partita 26 “Setturi Oħra — Residenzjali” tal-Anness A). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika ta' Ċipru u lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Marianne THYSSEN
Membru tal-Kummissjoni