Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1496

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1496 tat-23 ta' Lulju 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/3/2015)

    ĠU L 233, 5.9.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1496/oj

    5.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 233/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1496

    tat-23 ta' Lulju 2015

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/3/2015)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fl-24 ta' Lulju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni 2014/644/PESK (2) li taħtar lis-Sur Kálmán MIZSEI bħala Kap tal-Missjoni EUAM Ukraine mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Lulju 2015.

    (3)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li testendi l-ħatra tas-Sur Kálmán MIZSEI bħala Kap tal-Missjoni EUAM Ukraine mill-1 ta' Awwissu 2015 sat-30 ta' Novembru 2015,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Kálmán Mizsei bħala Kap tal-Missjoni tal-Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) huwa b'dan estiż sat-30 ta' Novembru 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUAM Ukraine 2014/644/PESK tal- 24 ta' Lulju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine/1/2014) (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 6).


    Top