Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1372

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1372 tas-7 ta' Awwissu 2015 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja (notifikata bid-dokument C(2015) 5715) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 211, 8.8.2015, p. 34–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1372/oj

    8.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 211/34


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1372

    tas-7 ta' Awwissu 2015

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja

    (notifikata bid-dokument C(2015) 5715)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

    (2)

    F'Lulju u Awwissu 2015, l-Estonja nnotifikat każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u tliet tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi, fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Il-każ fiċ-ċingjali seħħ fiż-żona elenkata fil-Parti I ta' dak l-Anness. Żewġ tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi seħħew fil-Parti II u t-tifqigħa l-oħra seħħet fil-Parti III ta' dak l-Anness.

    (3)

    F'Lulju u Awwissu 2015, il-Latvja nnotifikat numru ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawk il-każijiet seħħew f'żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness.

    (4)

    F'Lulju 2015, il-Litwanja nnotifikat tifqigħa waħda ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa seħħet fiż-żona elenkata fil-Parti II ta' dak l-Anness.

    (5)

    L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju li toħloq is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, biex titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda f'dawk l-Istati Membri.

    (6)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I, II u III tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


    ANNESS

    “ANNESS

    PARTI I

    1.   L-Estonja

    Dawn iż-żoni fl-Estonja:

    il-linn (il-belt) ta' Kallaste,

    il-linn ta' Kunda,

    il-linn ta' Mustvee,

    il-linn ta' Pärnu,

    il-linn ta' Rakvere,

    il-linn ta' Tartu,

    il-maakond (il-kontea) ta' Harjumaa,

    il-maakond ta' Läänemaa,

    il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,

    il-vald ta' Are,

    il-vald ta' Audru,

    il-vald ta' Haaslava,

    il-vald ta' Halinga,

    il-vald ta' Haljala,

    il-vald ta' Kadrina,

    il-vald ta' Kambja,

    il-vald ta' Kasepää,

    il-vald ta' Koonga,

    il-vald ta' Laekvere,

    il-vald ta' Lavassaare,

    il-vald ta' Luunja,

    il-vald ta' Mäksa,

    il-vald ta' Meeksi,

    il-vald ta' Paikuse,

    il-vald ta' Pala,

    il-vald ta' Palamuse,

    il-vald ta' Peipsiääre,

    il-vald ta' Piirissaare,

    il-vald ta' Rägavere,

    il-vald ta' Rakvere,

    il-vald ta' Saare,

    il-vald ta' Sauga,

    il-vald ta' Sindi,

    il-vald ta' Sõmeru,

    il-vald ta' Surju,

    il-vald ta' Tabivere,

    il-vald ta' Tahkuranna,

    il-vald ta' Tapa,

    il-vald ta' Tartu,

    il-vald ta' Tootsi,

    il-vald ta' Tori,

    il-vald ta' Tõstamaa,

    il-vald ta' Vara,

    il-vald ta' Varbla,

    il-vald ta' Vihula,

    il-vald ta' Vinni,

    il-vald ta' Viru-Nigula,

    il-vald ta' Võnnu.

    2.   Il-Latvja

    Dawn iż-żoni fil-Latvja:

    fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Krimuldas,

    fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasts ta' Priekuļu u Veselavas,

    in-novads ta' Amatas,

    in-novads ta' Cēsu,

    in-novads ta' Ikšķiles,

    in-novads ta' Inčukalna,

    in-novads ta' Jaunjelgavas,

    in-novads ta' Ķeguma,

    in-novads ta' Lielvārdes,

    in-novads ta' Līgatnes,

    in-novads ta' Mālpils,

    in-novads ta' Neretas,

    fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Lauberes, Suntažu, Ķeipenes, Taurupes u Mazozolu,

    in-novads ta' Ropažu,

    in-novads ta' Salas,

    in-novads ta' Sējas,

    in-novads ta' Siguldas,

    in-novads ta' Vecumnieku,

    in-novads ta' Viesītes.

    3.   Il-Litwanja

    Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių

    fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

    ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

    is-savivaldybė ta' Kalvarija,

    is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

    is-savivaldybė ta' Marijampolė.

    4.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):

    il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów,

    il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,

    il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,

    il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,

    il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie.

    il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,

    il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,

    il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,

    il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,

    il-powiat ta' Bielsk,

    il-powiat ta' Białystok,

    il-powiat ta' Suwałki,

    il-powiat ta' Mońki.

    PARTI II

    1.   L-Estonja

    Dawn iż-żoni fl-Estonja:

    il-linn ta' Vändra,

    il-linn ta' Viljandi,

    il-linn ta' Võru,

    il-maakond ta' Ida-Virumaa,

    il-maakond ta' Põlvamaa,

    il-maakond ta' Raplamaa,

    il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni tat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni tat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tax-xaqliba tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-vald ta' Abja,

    il-vald ta' Häädemeeste,

    il-vald ta' Haanja,

    il-vald ta' Halliste,

    il-vald ta' Karksi,

    il-vald ta' Kõpu,

    il-vald ta' Lasva,

    il-vald ta' Meremäe,

    il-vald ta' Misso,

    il-vald ta' Pärsti,

    il-vald ta' Saarde,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-vald ta' Vändra,

    il-vald ta' Vastseliina,

    il-vald ta' Võru.

    2.   Il-Latvja

    Dawn iż-żoni fil-Latvja:

    in-novads ta' Alūksnes,

    in-novads ta' Apes,

    in-novads ta' Balvi,

    fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,

    fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Madlienas u Menģeles,

    fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Liepas u Mārsnēnu,

    in-novads ta' Smiltenes,

    in-novads ta' Aizkraukles,

    in-novads ta' Aknīstes,

    in-novads ta' Alojas,

    in-novads ta' Baltinavas,

    in-novads ta' Cesvaines,

    in-novads ta' Ērgļu,

    in-novads ta' Gulbenes,

    in-novads ta' Ilūkstes,

    in-novads ta' Jaunpiepalgas,

    in-novads ta' Jēkabpils,

    in-novads ta' Kocēnu,

    in-novads ta' Kokneses,

    in-novads ta' Krustpils,

    in-novads ta' Limbažu,

    in-novads ta' Līvānu,

    in-novads ta' Lubānas,

    in-novads ta' Madonas,

    in-novads ta' Mazsalacas,

    in-novads ta' Pārgaujas,

    in-novads ta' Pļaviņu,

    in-novads ta' Raunas,

    in-novads ta' Rugāju,

    in-novads ta' Salacgrīvas,

    in-novads ta' Skrīveru,

    in-novads ta' Varakļānu,

    in-novads ta' Vecpiebalgas,

    in-novads ta' Viļakas, ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,

    ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

    3.   Il-Litwanja

    Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

    is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai u Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118 fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių uVelžio,

    l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus,

    il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Kaunas,

    il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

    il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

    ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u, fiz-Žeimių seniūnija, il-kaimas ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

    il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,

    ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

    ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

    ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

    is-savivaldybė ta' Birštonas,

    is-savivaldybė ta' Elektrenai.

    4.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):

    il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,

    il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,

    il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,

    il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,

    il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.

    PARTI III

    1.   L-Estonja

    Dawn iż-żoni fl-Estonja:

    il-linn ta' Põltsamaa,

    il-linn ta' Võhma,

    il-linn ta' Jõgeva,

    il-linn ta' Elva,

    il-maakond ta' Järvamaa,

    il-maakond ta' Valgamaa,

    il-parti tal-vald (il-muniċipalità) ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mil-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni tat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni tat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u x-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tax-xaqliba tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-vald ta' Rakke,

    il-vald ta' Väike-Maarja,

    il-vald ta' Jõgeva,

    il-vald ta' Kolga-Jaani,

    il-vald ta' Kõo,

    il-vald ta' Saarepeedi,

    il-vald ta' Paistu,

    il-vald ta' Pajusi,

    il-vald ta' Tarvastu,

    il-vald ta' Torma,

    il-vald ta' Antsla,

    il-vald ta' Konguta,

    il-vald ta' Laeva,

    il-vald ta' Mõniste,

    il-vald ta' Nõo,

    il-vald ta' Põltsamaa,

    il-vald ta' Puhja,

    il-vald ta' Puurmani,

    il-vald ta' Rannu,

    il-vald ta' Rõngu,

    il-vald ta' Rõuge,

    il-vald ta' Sõmerpalu,

    il-vald ta' Tähtvere,

    il-vald ta' Ülenurme,

    il-vald ta' Urvaste,

    il-vald ta' Varstu.

    2.   Il-Latvja

    Dawn iż-żoni fil-Latvja:

    in-novads ta' Aglonas,

    in-novads ta' Beverīinas,

    in-novads ta' Burtnieku,

    in-novads ta' Ciblas,

    in-novads ta' Dagdas,

    in-novads ta' Daugavpils,

    in-novads ta' Kārsavas,

    in-novads ta' Krāslavas,

    in-novads ta' Ludzas,

    in-novads ta' Naukšēnu,

    in-novads ta' Preiļu,

    in-novads ta' Rēzeknes,

    in-novads ta' Riebiņu,

    in-novads ta' Rūjienas,

    in-novads ta' Strenču,

    in-novads ta' Valkas,

    in-novads ta' Vārkavas,

    in-novads ta' Viļānu,

    in-novads ta' Zilupes,

    ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

    ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

    3.   Il-Litwanja

    Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, il-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Šimonys u Skapiškis,

    the rajono savivaldybė ta' Ignalina,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,

    il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

    ir-rajono savivaldybė ta' Moletai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

    ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

    is-savivaldybe ta' Visaginas.

    4.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    Fid-dipartiment ta' Podlasie (województwo podlaskie):

    il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,

    il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.

    PARTI IV

    L-Italja

    Dawn iż-żoni fl-Italja:

     

    iż-żoni kollha ta' Sardinja.”


    Top