This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1157
Council Decision (EU) 2015/1157 of 14 July 2015 determining the composition of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1157 tal-14 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1157 tal-14 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 187, 15.7.2015, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1157
tal-14 ta' Lulju 2015
li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi r-regoli għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(2) |
L-Artikolu 301 TFUE jipprevedi li huwa l-Kunsill li għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-għadd ta' membri ma għandux jaqbeż it-350. |
|
(3) |
Il-bilanċ attwali fil-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu sa fejn hu possibbli jinżamm peress li huwa r-riżultat ta' Konferenzi Intergovernattivi suċċessivi. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni hija ta' natura transizzjonali għaliex hija adottata biex tindirizza kwistjoni legali speċifika, jiġifieri d-diskrepanza li teżisti bejn l-għadd totali ta' membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jirriżulta minn Konferenzi Intergovernattivi suċċessivi u l-għadd massimu ta' membri stabbilit mill-Artikolu 301 TFUE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni hija adottata fil-kuntest ta' ċirkostanzi speċifiċi relatati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u ma tikkostitwixxix preċedent għall-kompożizzjoni ta' kwalunkwe istituzzjoni. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mill-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, fi żmien adegwat għall-mandat tal-Kumitat li jibda fl-2020 jew, fi kwalunkwe każ, fid-dawl tat-tkabbir li jmiss. |
|
(7) |
Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu tad-Deċiżjoni attwali, jiġifieri bl-osservanza tal-għadd tas-siġġijiet stabbilit permezz tagħha għall-Istati Membri li huma interessati mill-bidla preżenti. Bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni, it-tnaqqis ulterjuri ma jkunx applikabbli għal Stati Membri milqutin mid-Deċiżjoni attwali. |
|
(8) |
Sabiex ikun possibbli li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikun magħmul skont l-Artikolu 23 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja sa tmiem il-mandat tal-membri attwali, id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi differit sa dik id-data, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jkun kif ġej:
|
Belġju |
12 |
|
Bulgarija |
12 |
|
Repubblika Ċeka |
12 |
|
Danimarka |
9 |
|
Ġermanja |
24 |
|
Estonja |
6 |
|
Irlanda |
9 |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
21 |
|
Franza |
24 |
|
Kroazja |
9 |
|
Italja |
24 |
|
Ċipru |
5 |
|
Latvja |
7 |
|
Litwanja |
9 |
|
Lussemburgu |
5 |
|
Ungerija |
12 |
|
Malta |
5 |
|
Netherlands |
12 |
|
Awstrija |
12 |
|
Polonja |
21 |
|
Portugall |
12 |
|
Rumanija |
15 |
|
Slovenja |
7 |
|
Slovakkja |
9 |
|
Finlandja |
9 |
|
Żvezja |
12 |
|
Renju Unit |
24. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-21 ta' Settembru 2015.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
Pierre GRAMEGNA