This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1140
Council Decision (EU) 2015/1140 of 13 July 2015 appointing two Dutch members and two Dutch alternate members of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 tat-13 ta' Lulju 2015 li taħtar żewġ membri Olandiżi u żewġ membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 tat-13 ta' Lulju 2015 li taħtar żewġ membri Olandiżi u żewġ membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 185, 14.7.2015, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1140
tat-13 ta' Lulju 2015
li taħtar żewġ membri Olandiżi u żewġ membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1) u (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Onno HOES u s-Sur Henri LENFERINK saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri, |
(3) |
Konsegwentement isiru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti wara l-ħatra tas-Sur R. (Rob) JONKMAN u s-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur R. (Rob) JONKMAN, Member of the executive council of Opsterland |
— |
Is-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT, Mayor of the municipality of Ten Boer |
Artikolu 2
Huma b'dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sinjura M.T.M. (Marcelle) HENDRICKX, Member of the executive council of Tilburg |
— |
Is-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK, Mayor of Leiden |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. ETGEN
(1) ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.
(3) ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.