This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1129
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/1129 of 7 July 2015 extending the mandate of the Head of Mission of the European Union Police Mission for the Palestinian Territories (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1129 tas-7 ta' Lulju 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1129 tas-7 ta' Lulju 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2015)
ĠU L 184, 11.7.2015, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016
|
11.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1129
tas-7 ta' Lulju 2015
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/2/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Frar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/381 (2), li taħtar is-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mis-16 ta' Frar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015. |
|
(3) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1064 (3), li testendi l-mandat ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/381 tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2015) (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 37).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1064 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 21).