Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1067

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1067 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar miżura meħuda minn Spanja f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, iċ-Ċina (notifikata bid-dokument C(2015) 4360) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 174, 3.7.2015, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1067/oj

3.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1067

tal-1 ta' Lulju 2015

dwar miżura meħuda minn Spanja f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, iċ-Ċina

(notifikata bid-dokument C(2015) 4360)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar miżura biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1”, immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, (iċ-Ċina), impurtat mill-kumpanija Adeo Service (Franza) u mqassam fi Spanja mill-kumpanija Leroy Merlin (Spanja).

(2)

Il-jigsaw kellu l-marka CE skont id-Direttiva 2006/42/KE.

(3)

Din il-miżura ttieħdet minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-jigsaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-punti 1.3.2 — Ir-riskju ta' ksur waqt it-tħaddim, 1.3.4 — Riskji minħabba l-uċuħ, it-truf jew l-angoli, 1.4.1 — Rekwiżiti ġenerali tal-mezzi li jilqgħu u l-mezzi ta' protezzjoni u 1.4.2 — Ħtiġijiet speċjali għall-mezzi ta' lqugħ tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, abbażi tal-fatt li l-makkinarju naqas milli jgħaddi mit-test ta' reżistenza u jippreżenta riskji ta' qtugħ u aċċess għall-partijiet attivi.

(4)

Spanja infurmat lid-distributur u lill-importatur b'dawn in-nuqqasijiet. Minn jeddu, l-importatur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti li mhumiex konformi.

(5)

Id-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati juru li l-jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għaldaqstant jixraq li l-miżura li ħadet Spanja titqies bħala waħda ġġustifikata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda minn Spanja biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, hija ġġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


Top