Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1066

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 174, 3.7.2015, p. 25–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/05/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0849

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1066/oj

    3.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 174/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1066

    tat-2 ta' Lulju 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

    (2)

    Entità waħda u sitt persuni għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

    (3)

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:

    II.   Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

    4.

    KIM Il-Su

    Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg.

    Data tat-twelid: 2.9.1965

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    5.

    KANG Song-Nam

    Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg.

    Data tat-twelid: 5.7.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

    Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    6.

    CHOE Chun-Sik

    Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg.

    Data tat-twelid: 23.12.1963

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

    Nru tal-Passaport 745132109 validu sa 12.2.2020

    Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    7.

    SIN Kyu-Nam

    Data tat-twelid: 12.9.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

    Nru tal-Passaport PO472132950

    Kap tad-dipartiment tal-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH Hamburg. Jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    8.

    PAK Chun-San

    Data tat-twelid: 18.12.1953

    Post tat-twelid: Phyongan, RDPK.

    Nru tal-Passaport PS472220097

    Kap tad-dipartiment tal-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH Hamburg. Jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    9.

    SO Tong Myong

    Data tat-twelid: 10.9.1956

    Direttur Maniġerjali ta' KNIC GmbH Hamburg, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

    5.

    Korea National Insurance Company (KNIC) GmbH.

    (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company)

    Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg

    KNIC GmbH, bħala sussidjarja kkontrollata mill-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang (Indirizz: Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK), li hi entità tal-gvern, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li jintuża biex jiġi appoġġat ir-reġim fil-Korea ta' Fuq. Dawk ir-riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang huma konnessiss mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hu entità deżinjata.


    Top