EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0994

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/994/oj

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/994

tat-23 ta' Ġunju 2015

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Istat Membru,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jeħtieġ li membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta' membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta' Jannar 2015, kien jeħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/116 (2) li taħtar il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta' Spanja, ta' Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta' Malta, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, u tal-Isvezja, 23 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż u 18-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Il-membri u l-membri supplenti li n-nomini tagħhom ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sat-22 ta' Jannar 2015 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2015/116.

(5)

Fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/190 (3) li taħtar il-membru u l-membru supplenti li fadal proposti mill-Gvern Ġermaniż u l-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern tar-Renju Unit.

(6)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 u (UE) 2015/190, baqgħu vojta l-postijiet ta' tliet membri Pollakki u ħames membri supplenti Pollakki.

(7)

Fid-29 ta' Mejju 2015, ġiet ippreżentata lill-Kunsill lista li fiha tliet membri u ħames membri supplenti proposti mill-gvern Pollakk. Din il-lista tinkludi is-sitt membru supplenti, billi s-Sur Marek Karol OLSZEWSKI, li qabel kien membru supplenti, għandu jinħatar bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. Dawk il-membri u l-membri supplenti għandhom jinħatru għall-istess perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 bħala l-membri u l-membri s-supplenti maħturin bid-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 u d-Deċiżjoni (UE) 2015/190. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mis-26 ta' Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020:

bħala membri, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mis-26 ta' Jannar 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 143.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).


ANNESS I

ПРИЛОЖЕНИЕ I — ANEXO I — PŘÍLOHA I — BILAG I — ANHANG I — I LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι — ANNEX I — ANNEXE I — PRILOG I — ALLEGATO I — I PIELIKUMS — I PRIEDAS — I. MELLÉKLET — ANNESS I — BIJLAGE I — ZAŁĄCZNIK I — ANEXO I — ANEXA I — PRÍLOHA I — PRILOGA I — LIITE I — BILAGA I

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

POLSKA

 

Paweł GRZYBOWSKI

burmistrz miasta Rypin

 

Marek Karol OLSZEWSKI

wójt gminy Lubicz

 

Sławomir SOSNOWSKI

radny województwa lubelskiego


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II — ANEXO II — PŘÍLOHA II — BILAG II — ANHANG II — II LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ — ANNEX II — ANNEXE II — PRILOG II — ALLEGATO II — II PIELIKUMS — II PRIEDAS — II. MELLÉKLET — ANNESS II — BIJLAGE II — ZAŁĄCZNIK II — ANEXO II — ANEXA II — PRÍLOHA II — PRILOGA II — LIITE II — BILAGA II

Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter

POLSKA

 

Rafał Piotr BRUSKI

prezydent miasta Bydgoszczy

 

Marian Adam BURAS

wójt gminy Morawica

 

Marcin OCIEPA

radny miasta Opola

 

Krzysztof PASZYK

radny województwa wielkopolskiego

 

Cezary PRZYBYLSKI

radny województwa dolnośląskiego

 

Grzegorz WOLNIK

radny województwa śląskiego


Top