This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0955
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/955 of 16 June 2015 on the appointment of the EU Mission Commander for the European Union military mission to contribute to the training of the Malian Armed Forces (EUTM Mali) and repealing Decision EUTM MALI/3/2014 (EUTM MALI/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/955 tas-16 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (EUTM MALI/3/2014) (EUTM MALI/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/955 tas-16 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (EUTM MALI/3/2014) (EUTM MALI/2/2015)
ĠU L 156, 20.6.2015, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/955
tas-16 ta' Ġunju 2015
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (EUTM MALI/3/2014) (EUTM MALI/2/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Marzu 2015, il-Ġermanja pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jissuċċiedi lill-Brigadier Ġeneral Alfonso GARCÍA-VAQUERO PRADAL. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-proposta. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 għalhekk għandha titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM MALI) mit-28 ta' Lulju 2015.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni EUTM MALI/3/2014 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Lulju 2015.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM MALI/3/2014 tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM MALI) (ĠU L 300, 18.10.2014, p. 49).