EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0946

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/946 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 154, 19.6.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/946/oj

19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/946

tal-15 ta' Ġunju 2015

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar u fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2015/116/UE (1) u 2015/190/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Clemens LINDEMANN fit-30 ta' Ġunju 2015, isir vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Bernd LANGE, Landrat des Landkreises Görlitz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandu jkollha effett mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.


Top