Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0927

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/927 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) u li tħassar id-Deċiżjoni EUSEC/1/2012 (EUSEC/1/2015)

    ĠU L 150, 17.6.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/927/oj

    17.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/927

    tad-9 ta' Ġunju 2015

    dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) u li tħassar id-Deċiżjoni EUSEC/1/2012 (EUSEC/1/2015)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/565/PESK tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/565/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, b'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUSEC RD Congo, inklużi deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-8 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/883 (2) li testendi il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“EUSEC RD Congo”) sat-30 ta' Ġunju 2016.

    (3)

    Fit-2 ta' Ottubru 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUSEC/1/2012 (3) għall-ħatra tal-Kurunell Jean-Louis NURENBERG bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUSEC RD Congo.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”) pproponiet il-ħatra tal-Kurunell Johan DE LAERE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUSEC RD Congo bħala s-sostitut tal-Kurunell Jean-Louis NURENBERG mill-1 ta' Lulju 2015 għal perijodu ta' sena,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kurunell Johan DE LAERE huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/1/2012 hija mħassra b'effett mill-1 ta' Lulju 2015.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2015.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/883 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 14).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/1/2012 tat-2 ta' Ottubru 2012 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar- riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 272, 6.10.2012, p. 19).


    Top