This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0886
Commission Decision (EU) 2015/886 of 8 June 2015 amending Decision 2014/312/EU establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for indoor and outdoor paints and varnishes (notified under document C(2015) 3782) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/886 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2015) 3782) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/886 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2015) 3782) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/3782
ĠU L 144, 10.6.2015, pp. 12–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 16/12/2025; Impliċitament imħassar minn 32025D2607
|
10.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/886
tat-8 ta' Ġunju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa
(notifikata bid-dokument C(2015) 3782)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tipprevedi perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa, sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom ħalli b'hekk jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Minkejja dan, l-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux jistgħu jivverifikaw il-prodotti Ekotikkettati fiż-żmien li ngħatalhom ta' 12-il xahar minħabba n-numru kbir ta' prodotti u r-rekwiżiti addizzjonali. Perjodu addizzjonali huwa meħtieġ biex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi. |
|
(2) |
L-esperti tekniċi nnotifikaw lill-Kummissjoni u xi Stati Membri li l-formulazzjoni attwali tal-punt 14 tal- Artikolu 2 mhix ċara. Id-definizzjoni li ngħatat tippermetti l-interpretazzjoni ħażina fir-rigward tar-referenza għal “sistemi polari”. It-terminu “sistema polari” li jirreferi għas-sistema analitika u mhux għas-sistema tal-kisi jeħtieġ li jiġi ċċarat. Barra minn hekk, ġie rrakkomandat li fid-definizzjoni jiġi speċifikat parametru tekniku addizzjonali, il-pressjoni tal-fwar. Kwalunkwe bidla fil-kliem tal-punt 14 tal-Artikolu 2 għandha, f'ġieħ il-konsistenza u ċ-ċarezza, tkun riflessa wkoll fil-kliem tal-punt 13 tal- Artikolu 2 rigward il-VOCs. |
|
(3) |
Abbażi ta' diskussjonijiet li saru f'Novembru 2014 Il-Bord tal-Ekotikkettjar tal-Unjoni Ewropea u f'laqgħat tal-Forum tal-Korp Kompetenti jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterju 3(a) u referenza assoċjata fit-Tabella 2 ma jkunux japplikaw għal prodotti adeżivi tal-ewwel passata (primers) u kwalunkwe kisi ieħor trasparenti, iżda japplikaw għal dawk semitrasparenti. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza fil-kriterju 3 (Effiċjenza fl-użu), it-Tabella 2 — il-ħames kolonna (“Kisi dekorattiv magħqud ta' barra u ta' ġewwa (l))” fl-ewwel linja (li jirreferi għall-kriterji tar-rata ta' tixrid 3(a)) tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, l-unità tal-kejl (1 m2/L) għandha toħdilha postha “1m2/kg”. |
|
(5) |
Il-Kriterju 5(a)(i) tad- Deċiżjoni 2014/312/UE jipprevedi lista ta' gruppi ta' sustanzi li huma indikati b'mod espliċitu bħala suġġett ta' valutazzjoni u verifika tal-kriterju 5(a). Madankollu, ġie ppruvat li din il-lista ta' sustanzi mhix eżawrjenti u grupp addizzjonali ta' sustanzi jeħtieġ li jiżdied fiha, jiġifieri “8. Sustanzi f'binders u d-dispersjonijiet tal-polimeri 8a. Binders u aġenti li jgħaqqdu trasversali, 8b. Prodotti tar-reazzjoni u residwi”. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, il-lista ta' gruppi ta' sustanzi għandha tiġi tiddaħħal mat-test ta' valutazzjoni u verifika tal-kriterju peress li din il-lista tintuża għall-valutazzjoni u l-verifika. |
|
(6) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE, il-punt 7(a) jiffissal-limiti tal-konċentrazzjoni għall-preżenza ta' formaldeid fil-prodott finali, iżda l-limiti ta' konċentrazzjoni fit-tabella mhumiex f'lokhom. Dik it-tabella għandha turi b'mod ċar li l-limiti ta' konċentrazzjoni għall-prodotti kollha huma ta' 0,0010 %, sakemm ma japplikawx xi derogi. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni 2014/312/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/312/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:
; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE jistgħu jintużaw għal 21 xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.” |
|
(4) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/312/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-kriterju 3 (effiċjenza fl-użu), Tabella 2 l-isem tal-kriterju 3a huwa sostitwit b'dan li ġej: “3(a) Rata ta' tixrid (għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss, inkluża ż-żebgħa ta' bażi l-bajda li tintuża fis-sistemi li jagħtu l-lewn)) — ISO 6504/1. Ma japplikax għall-verniċ, għal-lażuri (il-likwidi li jlewnu l-injam), għaż-żebgħa trasparenti ta' adeżjoni tal-ewwel passata jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.” |
|
(2) |
fil-kriterju 3 (Effiċjenza fl-użu), Tabella 2, fit-tmien u d-disa' kolonni li jirreferu għal “Żebgħa tal-ewwel passata (g)” u “Żebgħa ta' taħt u żebgħa tal-ewwel passata (h)” it-test “6 m2/L (mingħajr opaċità)” huwa sostitwit fiż-żewġ kolonni b'dan li ġej: “6 m2/L (mingħajr opaċità jew b'karatteristiċi speiċifiċi”. |
|
(3) |
fil-kriterju 3(a), il-ħames paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Iż-żebgħa tal-ewwel passata u ta' taħt semitrasparenti għandu jkollhom rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 u dawk opaki ta' mill-inqas 8 m2. Iż-żebgħa tal-ewwel passata opaka li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla u tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta' adeżjoni għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.” |
|
(4) |
il-kriterju 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fil-kriterju 5, il-punt (a)(i) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għall-użu ta' dan il-grupp ta' prodotti, ingħataw derogi għal gruppi definiti ta' sustanzi li jistgħu jinsabu fil-prodott finali. Dawn id-derogi jistipulaw il-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga għal kull grupp ta' sustanzi speċifiku u l-kundizzjonijiet tad-deroga assoċjati u l-limiti tal-konċentrazzjoni li japplikaw. Id-derogi huma stipulati fl-Appendiċi.” ; |
|
(6) |
fil-kriterju 5(a)(ii), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:
; |
|
(7) |
fl-Appendiċi 5, l-entrati għall-formaldeid għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||