Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0875

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/875 tat-2 ta' Ġunju 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/3/2015)

ĠU L 142, 6.6.2015, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/875/oj

6.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/875

tat-2 ta' Ġunju 2015

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/3/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara rakkomandazzjoni dwar l-offerta ta' kontribut tar-Repubblika tas-Serbja mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, dik l-offerta għandha tiġi aċċettata.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-offerta ta' kontribut tar-Repubblika tas-Serbja għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) hija aċċettata u hija kkunsidrata bħala sinifikanti.

2.   Ir-Repubblika tas-Serbja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUMAM RCA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 13, 20.1.2015, p. 8.


Top