Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0874

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/874 tas-27 ta' Mejju 2015 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)

    ĠU L 142, 6.6.2015, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/874/oj

    6.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 142/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/874

    tas-27 ta' Mejju 2015

    dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jistieden Stati terzi biex joffru kontribuzzjonijiet u biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

    (2)

    Wara rakkomandazzjoni dwar kontribut mir-Repubblika tal-Albanija (“Albanija”) mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat.

    (3)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-kontribut mill-Albanija għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.

    2.   L-Albanija hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM Mali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2015.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.


    Top