Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0809

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/809 tad-19 ta' Mejju 2015 li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2019 fil-Bulgarija u fl-Italja

ĠU L 128, 23.5.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/809/oj

23.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/809

tad-19 ta' Mejju 2015

li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2019 fil-Bulgarija u fl-Italja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-bord tal-għażla ta' Ottubru u Novembru 2014 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Bulgarija u fl-Italja,

Billi:

Filwaqt li jqis li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE ntlaħqu kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Plovdiv u Matera huma nnominati bħala l-“Kapitali Ewropea tal-Kultura 2019” fil-Bulgarija u fl-Italja rispettivament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SEILE


(1)   ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


Top