This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0715
Commission Decision (EU) 2015/715 of 30 April 2015 amending Annex I to Regulation (EC) No 715/2009 of the European Parliament and of the Council on conditions for access to the natural gas transmission networks (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/715 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/715 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/2818
ĠU L 114, 5.5.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/715
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE (2) emendat il-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni u r-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 bil-ħsieb li jiġu implimentati regoli Ewropej għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni armonizzati. |
(2) |
Fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/490/UE ħarġu inkonsistenzi fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Aġenzija dwar il-monitoraġġ tal-konġestjoni fil-punti ta' interkonnessjoni u tad-data tal-pubblikazzjoni tad-dejta tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Sabiex l-Aġenzija tingħata d-dejta meħtieġa biex tissodisfa r-rwol ta' monitoraġġ tagħha li jinħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni 2012/490/UE, jinħtieġ li jinbidlu l-orizzont tal-pubblikazzjoni tad-dejta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u d-data meta l-Aġenzija għandha tippubblika r-rapport. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).
(3) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass u li temenda d-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 2.2.1 (2) jinbidel bit-test li ġej:
|
(2) |
Il-punt 3.3 (2) jinbidel bit-test li ġej:
|