Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0669

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/669 tal-24 ta' April 2015 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata bid-dokument C(2015) 2596)

C/2015/2596

ĠU L 110, 29.4.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/669/oj

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/669

tal-24 ta' April 2015

li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE

(notifikata bid-dokument C(2015) 2596)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE (2) tipprovdi li d-Direttur Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont id-Direttiva 94/57/KE (3) qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

(2)

Id-Direttiva 94/57/KE ġiet riformolata f'żewġ dokumenti legali separati tal-Komunità, id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 391/2009. Dak ir-Regolament fih dispożizzjonijiet dwar it-tfassil u l-aġġornar ta' lista ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(3)

Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-Kummissjoni tfassal u taġġorna regolarment lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont dak l-Artikolu u dik il-lista tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Id-Deċiżjoni 2007/421/KE ma għadhiex relevanti u, għalhekk, għandha tiġi revokata filwaqt li, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ppubblikata f'intervalli regolari lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/421/KE titħassar.

Artikolu 2

Qabel il-31 ta' Awwissu 2015, id-Direttur Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport għandu jippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 li għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ biex tqis il-bidliet fl-entitajiet ġuridiċi inklużi f'dik il-lista.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE tal-14 ta' Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (ĠU L 157, 19.6.2007, p. 18).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).

(4)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).


Top