Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0666

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/666 tat-28 ta' April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

ĠU L 110, 29.4.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/666/oj

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/666

tat-28 ta' April 2015

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma.

(2)

Fl-14 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/214/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi sat-30 ta' April 2015.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-30 ta' April 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija sostitwita b'li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2016. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/214/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 84).


Top