This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0665
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/665 of 21 April 2015 on the acceptance of third States' contributions to the European Union CSDP Military Advisory Mission in the Central African Republic (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/665 tal-21 ta' April 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/665 tal-21 ta' April 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)
ĠU L 110, 29.4.2015, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/665
tal-21 ta' April 2015
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi proposti minn Stati terzi. |
(2) |
Wara rakkomandazzjoni dwar l-offerti ta' kontributi tar-Repubblika tal-Moldova (“Moldova”) u l-Georgia mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, dawk l-offerti għandhom jiġu aċċettati. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-offerti ta' kontributi tal-Moldova u tal-Georgia għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) huma aċċettati u huma kkunsidrati bħala sinifikanti.
2. Il-Moldova u l-Georgia huma eżentati minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUMAM RCA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS