This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0644
Decision (EU) 2015/644 of the European Parliament and of the Council of 15 April 2015 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund (application EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting from Greece)
Deċiżjoni (UE) 2015/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting, ippreżentata mill-Greċja)
Deċiżjoni (UE) 2015/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting, ippreżentata mill-Greċja)
ĠU L 106, 24.4.2015, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/29 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/644 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' April 2015
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting, ippreżentata mill-Greċja)
IL-PARLAMENT U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex isostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu temmew l-attività tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (4) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG f'ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011). |
(3) |
Il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f'16-il intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 60 tan-NACE Rev. 2 (attivitajiet ta' programmar u xandir (5)) fil-livell NUTS 2 fir-reġjun ta' Attica (EL 30) fil-Greċja, fl-4 ta' Settembru 2014 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
(4) |
Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 046 000 għall-applikazzjoni mressqa mill-Greċja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 5 046 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, il-15 ta' April 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).