EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0493

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/493 tas- 17 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

ĠU L 78, 24.3.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/493/oj

24.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/493

tas-17 ta' Marzu 2015

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1. tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2015/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Frar 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta' Latvijas Banka skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni ġodda mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Il-Banka Latvijas għażel lil KPMG Baltics SIA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sa 2019.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG Baltics SIA jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2015 sa 2019.

(5)

Huwa adatt li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(18) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“18.   KPMG Baltics SIA huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2015 sa 2019”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU C 51, 13.2.2015, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


Top