This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0437
Decision (EU) 2015/437 of the European Parliament and of the Council of 17 December 2014 on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund
Deċiżjoni (UE) 2015/437 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni (UE) 2015/437 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 72, 17.3.2015, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/7 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/437 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Diċembru 2014
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri. |
(2) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011). |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond. |
(4) |
Is-Serbja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. |
(5) |
Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. |
(6) |
Il-Bulgarija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Diċembru 2014
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
B. DELLA VEDOVA
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).