Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0436

    Deċiżjoni (UE) 2015/436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 72, 17.3.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/436/oj

    17.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 72/6


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/436 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Diċembru 2014

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b' mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

    wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

    (2)

    L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

    (4)

    L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

    (5)

    Il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba terrimot.

    (6)

    Is-Slovenja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ.

    (7)

    Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ segwiti b'għargħar.

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. DELLA VEDOVA


    (1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

    (2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


    Top