Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0432

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432 tat- 13 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 70, 14.3.2015, p. 47–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/432/oj

14.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/432

tat-13 ta' Marzu 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1).

(2)

Fit-8 ta' Settembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/658/PESK (2), li permezz tagħha ġedded dawk il-miżuri għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel li l-miżuri għandhom jiġġeddu. Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-entrati għal ħamsin persuna għandhom jiġu emendati u għandha titħassar l-entrata għal persuna li mietet.

(4)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2015.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

A. MATĪSS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  ĠU L 271, 12.9.2014, p. 47.


ANNESS

1.

L-entrati li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar il-persuni elenkati hawn taħt jinbidlu bl-entrati li ġejjin:

39.

Ludmila Ivanovna Shvetsova.

2.

L-entrati li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar il-persuni elenkati hawn taħt jinbidlu bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV,

Sergei Valerievich AKSENOV

(Сергей Валерьевич Аксёнов),

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV

(Сергій Валерійович Аксьонов)

Post tat-twelid: Beltsy (Bălți), il-Moldova

Data tat-twelid: 26.11.1972.

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Mid-9 ta' Ottubru 2014 'l hawn, il-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

26.

Dmitry Konstantinovich KISELYOV,

Dmitrii Konstantinovich KISELEV

(Дмитрий Константинович Киселёв)

Post tat-twelid: Moska

Data tat-twelid: 26.4.1954

Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013 bħala Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet “Rossiya Segodnya” tal-Istat Federali Russu.

Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni ta' forzi Russi fl-Ukrajna.

21.3.2014

41.

Igor Dmitrievich SERGUN

(Игорь Дмитриевич Сергун)

Post tat-twelid: Podolsk, Oblast ta' Moska

Data tat-twelid: 28.3.1957

Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli għall-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-lvant tal-Ukrajna.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenovych PURGIN

(Андрій Євгенович Пургін),

Andrei Evgenevich PURGIN

(Андрей Евгеньевич Пургин)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 26.1.1972

Il-Kap ta' qabel tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. L-hekk imsejjaħ “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN

(Денис Володимирович Пушилін),

Denis Vladimirovich PUSHILIN

(Денис Владимирович Пушилин)

Post tat-twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Data tat-twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. L-hekk imsejjaħ “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014.

52.

Petr Grigorievich JAROSH

(Петр Григорьевич Ярош)

Data tat-twelid: 30.1.1971

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV,

Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV

(В'ячеслав Володимирович Пономарьов),

Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV

(Вячеслав Владимирович Пономарёв)

Post tat-twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

Data tat-twelid: 2.5.1965

Is-sindku awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk. Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politika separatisti.

12.5.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич Какидзянов),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич Хакимзянов)

Kellu 33 sena fit-8.5.2014

Possibbilment imwieled fil-25 ta' Lulju 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast)

Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.5.2014

57.

Oleg TSARIOV,

Oleh Anatoliyovych TSAROV

(Олег Анатолійович Царьов),

Oleg Anatolevich TSAREV

(Олег Анатольевич Царёв)

Post tat-twelid: Dnepropetrovsk

Data tat-twelid: 2.6.1970

Qabel kien membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossia”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

12.5.2014

59.

Aleksandr Sergeevich MALYKHIN,

Alexander Sergeevich MALYHIN

(Александр Сергеевич Малыхин)

Data tat-twelid: 12.1.1981

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

12.5.2014

64.

Aleksandr Yurevich BORODAI

(Александр Юрьевич Бородай)

Post tat-twelid: Moska

Data tat-twelid: 25.7.1972.

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

12.7.2014

65.

Alexander KHODAKOVSKY,

Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKIY

(Олександр Сергійович Ходаковський),

Aleksandr Sergeevich KHODAKOVSKII

(Александр Сергеевич Ходаковский)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 18.12.1972

L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

12.7.2014

66.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY,

(Александр Александрович Калюсский)

Data tat-twelid: 9.10.1975

L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal- Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

67.

Alexander KHRYAKOV,

Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

(Александр Витальевич Хряков),

Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

(Олександр Віталійович Хряков)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 6.11.1958

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

68.

Marat Faatovich BASHIROV

(Марат Фаатович Баширов)

Post tat-twelid: Izhevsk, Il-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 20.1.1964

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju 2014.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

12.7.2014

69.

Vasyl NIKITIN,

Vasilii Aleksandrovich NIKITIN

(Василий Александрович Никитин)

Post tat-twelid: Shargun (Uzbekistan)

Data tat-twelid: 25.11.1971

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun.

12.7.2014

70.

Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

(Алексей Вячеславович Карякин)

Post tat-twelid: Stakhanov (Lugansk oblast)

Data tat-twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

12.7.2014

71.

Yuriy Volodymyrovych IVAKIN

(Юрій Володимирович Івакін),

Iurii Vladimirovich IVAKIN

(Юрий Владимирович Ивакин)

Post tat-twelid: Perevalsk (oblast ta' Lugansk)

Data tat-twelid: 13.8.1954

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

12.7.2014

72.

Igor PLOTNITSKY,

Igor Venediktovich PLOTNITSKII

(Игорь Венедиктович Плотницкий)

Post tat-twelid: Lugansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” ta' qabel u bħalissa l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

12.7.2014

74.

Oleksiy Borisovych MOZGOVY,

(Олексiй Борисович Мозговий),

Aleksei Borisovich MOZGOVOI

(Алексей Борисович Мозговой)

Data tat-twelid: 3.4.1975

Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-lvant tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain.

12.7.2014

80.

Sergei Orestovoch BESEDA

(Сергей Орестович Беседа)

Data tat-twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

85.

Ekaterina Iurievna GUBAREVA

(Екатерина Юрьевна Губарева),

Katerina Yuriyovna GUBARIEVA

(Катерина Юрійовнa Губарєва)

Post tat-twelid: Kakhova (oblast ta' Kherson)

Data tat-twelid: 5.7.1983

Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejħa “Ministru tal-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politika separatisti.

25.7.2014

86.

Fedor Dmitrievich BEREZIN

(Фёдор Дмитриевич Березин),

Fedir Dmitrovych BEREZIN

(Федір Дмитрович Березін)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 7.2.1960.

L-hekk imsejjaħ “viċi ministru tad-difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politika separatisti.

25.7.2014

109.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA

(Оксана Александровна Чигрина)

Kellha 33 sena fl-1.8.2014

Possibbilment imwielda fit-23.7.1981

Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukrain, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

30.7.2014

110.

Boris Alekseevich LITVINOV

(Борис Алексеевич Литвинов)

Post tat-twelid: Dzerzhynsk (oblast ta' Donetsk)

Data tat-twelid: 13.1.1954

Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u kien president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

30.7.2014

112.

Arkady Romanovich ROTENBERG,

Arkadii Romanovich ROTENBERG

(Аркадий Романович Ротенберг)

Post tat-twelid: Leningrad (San Pietruburgu).

Data tat-twelid: 15.12.1951

Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.

Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Il-livell tiegħu ta' suċċess ekonomiku huwa attribwibbli għall-influwenza ta' persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet li jiffavorixxuh, b'mod partikolari fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi.

Huwa bbenefika mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma' persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li ngħata kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ngħataw b'mod notevoli diversi kuntratti li jħallu ħafna qligħ għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi.

Huwa wkoll is-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt Statli għall-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, li b'hekk tikkonsolida l-integrazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Russa li b'hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li partikolarment implimentat il-proġett “Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz — Krimea”, kampanja ta' relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b'hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.

30.7.2014

115.

Nikolay Terentievich SHAMALOV

(Николай Терентьевич Шамалов)

Post tat-twelid: Il-Belarussja

Data tat-twelid: 24.1.1950

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

119.

Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO

(Александр Владимирович Захарченко)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 26.6.1976

Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

121.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

(Мирослав Владимирович Руденко)

Post tat-twelid: Debalcevo

Data tat-twelid: 21.1.1983

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” fl-hekk imsejjaħ “Parlament tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” .

12.9.2014

122.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV

(Геннадий Николаевич Цыпкалов)

Post tat-twelid: Rostov oblast (Russja)

Data tat-twelid: 21.6.1973

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

123.

Andrey Yurevich PINCHUK

(Андрей Юрьевич Пинчук)

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Il-“Ministru tas-Sigurtà Statali” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

12.9.2014

124.

Oleg Vladimirovich BEREZA

(Олег Владимирович Берёза)

Data possibbli tat-twelid: 1.3.1977

“Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

125.

Andrei Nikolaevich RODKIN

(Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-twelid: 23.9.1976

Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

126.

Aleksandr Akimovich KARAMAN

(Александр Акимович Караман),

Alexandru CARAMAN

Data tat-twelid: 26.7.1956

“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

12.9.2014

127.

Georgiy L'vovich MURADOV

(Георгий Львович Мурадов)

Post tat-twelid: Repubblika ta' Komi

Data tat-twelid: 19.11.1954

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

144.

Oleg Konstantinovich AKIMOV

a.k.a. Oleh AKIMOV

(Олег Константинович Акимов)

Data tat-twelid: 15.9.1981

Deputat fl-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” jiksru l-liġi Ukrena u għaldaqstant huma illegali.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar l-Ukrajna.

29.11.2014

145.

Larisa Leonidovna AIRAPETYAN

a.k.a. Larysa AYRAPETYAN,

Larisa AIRAPETYAN

or Larysa AIRAPETYAN

(Лариса Леонидовна Айрапетян)

Data tat-twelid: 21.2.1970

“Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħarġet bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Dawn l-“elezzjonijiet” jiksru l-liġi Ukrena u għaldaqstant huma illegali.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi ħadet sehem formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

146.

Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO

a.k.a. Yuriy SIVOKONENKO,

Yury SIVOKONENKO,

Yury SYVOKONENKO

(Юрий Викторович Сивоконенко)

Data tat-twelid: 7.8.1957

Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u jaħdem fl-Unjoni ta' veterani tad-Donbass Berkut. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet jiksru l-liġi Ukrena u għaldaqstant huma illegali.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar l-Ukrajna.

29.11.2014

147.

Aleksandr Igorevich KOFMAN

a.k.a. Oleksandr KOFMAN

(Александр Игоревич Кофман)

Post tat-twelid: Makiikva (oblast ta' Donetsk)

Data tat-twelid: 30.8.1977

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet jiksru l-liġi Ukrena u għaldaqstant huma illegali.

Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

148.

Ravil Zakarievich KHALIKOV

(Равиль Закариевич Халиков)

Data tat-twelid: 23.2.1969

“L-Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur Ġenerali” preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

149.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

(Дмитрий Александрович Семенов)

Post tat-twelid: Moska

Date of birth: 3.2.1963

“Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

150.

Oleg BUGROV

Data tat-twelid: 29.8.1969

“Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

153.

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK

a.k.a. Igor Vladimirovich KOSTENOK

(Игорь Владимирович Костенок)

Data tat-twelid: 1961

“Ministru tal-Edukazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

155.

Vladyslav Nykolayevych DEYNEGO

a.k.a. Vladislav Nykolayevich DEYNEGO

(Владислав Дейнего)

Data tat-twelid: 12.3.1964

“Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

(133.)

Pavel DREMOV

a.k.a. Batya

(Павел Леонидович ДРЁМОВ),

Pavlo Leonidovych DRYOMOV

(Павло Леонідович Дрьомов)

Post tat-twelid: Stakhanov

Data tat-twelid: 22.11.1976

Kmandant tal-“First Cossack Regiment”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

(136.)

Mikhail Sergeevich TOLSTYKH

a.k.a. Givi

(Михаил Сергеевич Толстых)

Post tat-twelid: Ilovaisk

Data tat-twelid: 19.7.1980

Kmandant tal-battaljun “Somalu”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

(137).

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович Басурин)

Post tat-twelid: Donetsk

Data tat-twelid: 27.6.1966

L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru tad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

(139)

Sergey Anatolievich LITVIN

(Сергей Анатольевич Литвин)

Data tat-twelid: 2.7.1973

L-hekk imsejjaħ “Viċi President” tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

(143.)

Evgeny Vladimirovich MANUILOV

(Евгений Владимирович Мануйлов)

Data tat-twelid: 5.1.1967

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

(146.)

Zaur ISMAILOV

(Заур Исмаилов)

Post tat-twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad Lugansk

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 1975)

L-hekk imsejjaħ “Aġent Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u biex jiddestabbilixxu aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015


Top