This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0364
Council Decision (CFSP) 2015/364 of 5 March 2015 amending Decision 2014/119/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal- 5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal- 5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ĠU L 62, 6.3.2015, pp. 25–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/364
tal-5 ta' Marzu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1), |
|
(2) |
Fid-29 ta' Jannar 2015, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 (2) iċċarat il-kriterji ta' deżinjazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK japplikaw sas-6 ta' Marzu 2015. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna, u sas-6 ta' Ġunju 2015 għal erba' persuni. L-entrati għal 18-il persuna għandhom jiġu emendati. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2016. Il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati Nru 4, 8, 10 u 13 fl-Anness sas-6 ta' Ġunju 2015. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li dawk l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.” |
|
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 tad-29 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 24, 30.1.2015, p. 16).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Viktor Fedorovych Yanukovych (Віктор Федорович Янукович), Viktor Fedorovich Yanukovich (Виктор Фёдорович Янукович) |
imwieled fid-9 ta' Lulju 1950 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), eks President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
2. |
Vitalii Yuriyovych Zakharchenko (Віталій Юрійович Захарченко), Vitaliy Yurievich Zakharchenko (Виталий Юрьевич Захарченко) |
imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
3. |
Viktor Pavlovych Pshonka (Віктор Павлович Пшонка) |
imwieled fis-6 ta' Frar 1954 f'Serhiyivka (Donetsk oblast), eks Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
4. |
Olena Leonidivna Lukash (Олена Леонідівна Лукаш), Elena Leonidovna Lukash (Елена Леонидовна Лукаш) |
imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (il-Moldova), eks Ministru għall-Ġustizzja |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti u li b'hekk ikkawżat telf ta' fondi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
5. |
Andrii Petrovych Kliuiev (Андрій Петрович Клюєв), Andriy Petrovych Klyuyev |
imwieled fit-12 ta' Awwissu 1964 f'Donetsk, eks-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-uffiċċju minn uffiċjal b'kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti, u b'hekk ikkawża telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
6. |
Viktor Ivanovych Ratushniak (Віктор Іванович Ратушняк) |
imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan |
6.3.2014 |
|
7. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Олександр Вікторович Янукович) |
imwieled fl-10 ta' Lulju 1973 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
8. |
Viktor Viktorovych Yanukovych (Віктор Вікторович Янукович) |
imwieled fis-16 ta' Lulju 1981 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, Membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (l-eks President tal-Ukrajna, Viktor Fedorovych Yanukovyich) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
9. |
Artem Viktorovych Pshonka (Артем Вікторович Пшонка) |
imwieled fid-19 ta' Marzu 1976 f'Kramatorsk (Donetsk oblast), iben l-eks Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan. |
6.3.2014 |
|
10. |
Serhii Petrovych Kliuiev (Сергій Петрович Клюєв), Serhiy Petrovych Klyuyev |
imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u fl-abbuż tal-uffiċċju pubbliku bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
11. |
Mykola Yanovych Azarov (Микола Янович Азаров), Nikolai Yanovich Azarov (Николай Янович Азаров) |
imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f' Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014 |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
12. |
Serhiy Vitaliyovych Kurchenko (Сергій Віталійович Курченко) |
imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f' Kharkiv, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
13. |
Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk (Дмитро Володимирович Табачник) |
imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
14. |
Raisa Vasylivna Bohatyriova (Раїса Василівна Богатирьова), Raisa Vasilievna Bogatyreva (Раиса Васильевна Богатырёва) |
imwielda fis-6 ta' Jannar 1953 f'Bakal (Chelyabinsk oblast, ir-Russja), eks Ministru għas-Saħħa |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
15. |
Serhiy Hennadiyovych Arbuzov (Сергій Геннадійович Арбузов), Sergei Gennadievich Arbuzov (Сергей Геннадиевич Арбузов) |
imwieled fl-24 ta' Marzu 1976 f'Donetsk, eks Prim Ministru tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014 |
|
16. |
Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko (Юрій Володимирович Іванющенко) |
imwieled fil-21 ta' Frar 1959 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
15.4.2014 |
|
17. |
Oleksandr Viktorovych Klymenko (Олександр Вікторович Клименко) |
imwieled fis-16 ta' Novembru 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast), eks Ministru għad-Dħul u l-Ħlasijiet |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
15.4.2014 |
|
18. |
Edward Stavytskyi, Eduard Anatoliyovych Stavytsky (Едуард Анатолійович Ставицький) |
imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972 f' Lebedyn (Sumy oblast), eks Ministru għall-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukrajna Irrappurtat li hu residenti f'Iżrael. Madankollu, għadu fil-pussess taċ-ċittadinanza Ukrajna tiegħu |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014” |