Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0345

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/345 tat- 2 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2015) 1286) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 60, 4.3.2015, p. 39–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Impliċitament imħassar minn 32017D1218

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/345/oj

    4.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/345

    tat-2 ta' Marzu 2015

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti

    (notifikata bid-dokument C(2015) 1286)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (2) tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE (3) tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE (4) tiskadi fit-30 ta' Novembru 2015.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (6) tiskadi fit-28 ta' April 2015.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (7) tiskadi fit-28 ta' April 2015.

    (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (8) tiskadi fl-24 ta' Ġunju 2015.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (9) tiskadi fit-28 ta' Ġunju 2015.

    (9)

    Saret valutazzjoni biex tkun evalwata r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE. Billi għadu għaddej eżami tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika stipulati f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika jittawlu. Hekk kif jeżistu stadji differenti tal-proċessi ta' eżami, il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE għandu jittawwal sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE għandhom jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2016.

    (10)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE għandhom jiġu emendati.

    (11)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/563/KE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘xedd tas-saqajn’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

    Artikolu 2

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/564/KE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘servizz ta' post ta' kampeġġ’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 3

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/578/KE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘servizz ta' post ta' akkomodazzjoni turistika’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 4

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/18/KE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 5

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/263/UE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 6

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/264/UE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 7

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/382/UE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 8

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/383/UE jinbidel b'li ġej:

    “Artikolu 4

    Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta' post ta' kampeġġ (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta' akkomodazzjoni turistika (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).


    Top