Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0344

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/344 tas- 17 ta' Frar 2015 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

    ĠU L 60, 4.3.2015, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/344/oj

    Related international agreement

    4.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/344

    tas-17 ta' Frar 2015

    dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni 2003/96/KE tiegħu (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (2) (“il-Ftehim”).

    (2)

    Il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ippreveda li l-Ftehim jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2002 u jista' jiġġedded bi qbil komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin.

    (3)

    Abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/182/UE (3) il-Ftehim iġġedded għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin b'effett retroattiv mit-8 ta' Novembru 2009 u għandu jiskadi fis-7 ta' Novembru 2014.

    (4)

    Il-partijiet għal-Ftehim jikkunsidraw li t-tiġdid ta' malajr ta' dan il-Ftehim ikun fl-interess tagħhom it-tnejn.

    (5)

    Il-kontenut tal-Ftehim imġedded għandu jkun l-identiku għall-kontenut tal-Ftehim.

    (6)

    It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina għal perjodu addizjonali ta' ħames snin, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li, f'isem l-Unjoni u skont il-punt (a) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, jinnotifikaw lill-Ukraina li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim imġedded.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. REIRS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/96/KE tas-6 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna (ĠU L 36, 12.2.2003, p. 31).

    (2)  Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna (ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/182/UE tad-9 ta' Marzu 2011 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (ĠU L 79, 25.3.2011, p. 3).


    Top