Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0337

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/337 tat- 2 ta' Marzu 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    ĠU L 58, 3.3.2015, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/337/oj

    3.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/81


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/337

    tat-2 ta' Marzu 2015

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

    (2)

    Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tar-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

    (3)

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. REIZNIECE-OZOLA


    (1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.


    ANNESS

    L-entrata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għall-persuna li ġejja hija mħassra:

    Mohamed SA'ID


    Top