EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0117

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117 tas- 26 ta' Jannar 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 20, 27.1.2015, p. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/117/oj

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/85


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/117

tas-26 ta' Jannar 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Permezz tas-sentenzi tagħha tat-13 ta' Novembru 2014 fil-Kawżi T-653/11, T-654/11 u T-43/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex jiġu inklużi Aiman Jaber, Khaled Kaddour, Mohammed Hamcho u Hamcho International fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Aiman Jaber, Khaled Kaddour, Mohammed Hamcho u Hamcho International għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet ġodda.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

I.   LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 27 U 28

A.   PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

18.

Mohammed (

Image

) Hamcho (

Image

)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1966.

Nru tal-Passaport 002954347

Negozjant prominenti Sirjan, is-sid ta' Hamcho International, qrib ta' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, inkluż il-President Bashar al-Assad u Maher al-Assad.

Minn Marzu 2014, huwa kien jokkupa l-pożizzjoni ta' President għaċ-Ċina tal-Kunsilli tan-Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru għall-Ekonomija, Khodr Orfali.

Mohammed Hamcho jibbenefika minn, u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u huwa assoċjat ma' persuni li jibbenefikaw minn, u jappoġġaw ir-reġim.

27.1.2015

28.

Khalid (

Image

) (magħruf ukoll bħala Khaled) Qaddur (

Image

) (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

 

Negozjant prominenti Sirjan, qrib ta' Maher al Assad, figura ewlenija tar-reġim Sirjan.

Khalid Qaddur jibbenefika minn, u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u huwa assoċjat ma' persuni li jibbenefikaw minn, u jappoġġaw lir-reġim.

27.1.2015

33.

Ayman (

Image

) Jabir (

Image

) (magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Negozjant prominenti Sirjan, qrib ta' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan bħal Maher al-Assad u Rami Makhlouf.

Huwa wkoll ta appoġġ lir-reġim billi ffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading lejn is-Sirja permezz tal-kumpannija tiegħu El Jazireh.

Ayman Jabir jibbenefika minn, u jipprovdi appoġġ lir-reġim u huwa assoċjat ma' persuni li jibbenefikaw minn, u jappoġġaw lir-reġim.

27.1.2015

B.   ENTITAJIET

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

3.

Hamcho International

(magħrufa wkoll bħala Hamsho International Group)

Baghdad Street,

PO Box 8254

Damasku

Tel. 963 112316675

Fax 963 112318875

Internet: www.hamshointl.com

Email: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com

Hamcho International hija kumpannija azzjonarja Sirjana kbira li hija ta' proprjetà ta' Mohammad Hamcho.

Hamcho International tibbenefika minn, u tipprovdi appoġġ lir-reġim u hija assoċjata ma' persuna li tibbenefika minn, u tappoġġa lir-reġim.

27.1.2015


Top