This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1385
Council Regulation (EU) No 1385/2014 of 15 December 2014 on the allocation of fishing opportunities under the Protocol between the European Union and the Republic of Cape Verde setting out the fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Republic of Cape Verde
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde
ĠU L 369, 24.12.2014, pp. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 369/31 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1385/2014
tal-15 ta' Diċembru 2014
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill approva, billi adotta r-Regolament (KE) Nru 2027/2006 (1), il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”). |
|
(2) |
Fit-28 ta' Awwissu 2014 ġie inizjalat protokoll ġdid (2) għall-Ftehim (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”). Dan il-Protokoll jagħti opportunitajiet ta' sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha r-Repubblika tal-Kap Verde teżerċita s-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħha. |
|
(3) |
Fil-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/948/UE (3) dwar l-iffirmar tal-Protokoll u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
|
(4) |
Għandu jiġi ddefinit il-metodu għall-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri kemm għall-perijodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll. |
|
(5) |
L-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (4) jipprovdi li f'każ li l-għadd ta' opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jkunux użati kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. F'każ li ma tintbagħatx risposta qabel jiskadi l-limitu ta' żmien li għandu jiġi ffissat mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tagħhom ta' sajd matul il-perijodu inkwistjoni. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill. |
|
(6) |
Biex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jerġgħu jibdew, il-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mid-data tal-iffirmar. Għaldaqstant, jeħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
|
(c) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief:
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr ħsara għall-Ftehim.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. Il-limitu ta' żmien sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw l-opportunitajiet tas-sajd kollha li jkunu ngħatawlhom, kif provdut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, huwa ffissat għal għaxart ijiem ta' xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tgħarrafhom li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARTINA
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kap Verde (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 1).
(2) Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/948/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).