EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1323

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1323/2014 tat- 12 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 358, 13.12.2014, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1323/oj

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 358/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1323/2014

tat-12 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) jagħti effett lil bosta mill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2014 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/901/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK sabiex jipprevjeni l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni u addittivi, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja.

(3)

Barra minn hekk, għandu jkun ipprojbit l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni jew servizzi ta' senserija, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja fir-rigward tal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni u addittivi fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja.

(4)

Jeħtieġ li tiġi prevista projbizzjoni rigward il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(5)

Jeħtieġ li tiġi emendata l-klawżola dwar l-esklużjoni ta' pretensjonijiet prevista fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 f'konformità mal-formulazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE.

(6)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

1.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Anness Va lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni relatati mal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Anness Va lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja

(c)

l-għoti ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Anness Va lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja

2.   L-Anness Va għandu jinkludi l-karburant tal-avjazzjoni u l-addittivi tal-karburant.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni jew addittivi tal-karburant u l-forniment ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni u servizzi ta' senserija relatati mal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-avjazzjoni jew addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Anness Vb lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għal użu fis-Sirja skont il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-karburant tal-avjazzjoni u l-addittivi tal-karburant ikunu rikjesti min-Nazzjonijiet Uniti jew korpi li jaġixxu f'isimhom għal skopijiet umanitarji bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta' assistenza, inklużi provvisit mediċi, ikel jew trasferiment ta' ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew għal evakwazzjonijiet mis-Sirja jew fis-Sirja.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom fi żmien erba' ġimgħat jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

5.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif elenkati fl-Anness Vb użati esklużivament mill-inġenji tal-ajru ċivili mhux Sirjani li jinżlu fis-Sirja, sakemm dawn huma intiżi jew użati biss għall-finijiet li l-ajruplan mgħobbi bihom ikompli f'titjirtu;

(b)

karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif elenkati fl-Anness Vb użati esklużivament minn trasportatur tal-ajru Sirjan indikat kif elenkat fl-Annessi II u IIa li jwettaq evakwazzjonijiet mis-Sirja skont l-Artikolu 16(h);

(c)

karburant tal-avjazzjoni u addittivi tal-karburant kif elenkati fl-Anness Vb użati esklużivament minn trasportatur tal-ajru Sirjan mhux indikat li jwettaq evakwazzjonijiet mis-Sirja jew fis-Sirja.”

.

(2)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 27

1.   L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjali, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, partikolarment garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi indikati li huma elenkati fl-Annessi II jew IIa;

(b)

kwalunkwe persuna, entità jew korp ieħor Sirjan, inkluż il-gvern Sirjan;

(c)

kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta', jew f'isem, waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b).

2.   Fi kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu tal-prova li l-l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit taħt il-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna li tkun qed tfittex l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nonosservanza tal-obbligi kuntrattwali f'konformità ma' dan ir-Regolament.”

.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2a, 3, 3a, 4, 5, 6, 7a, 8, 9, 11, 11a, 11b, 11c, 12, 13, 14, 24, 25, 26 u 26a.”

.

(4)

L-Anness I għal dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness Va għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

L-Anness II għal dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness Vb għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/901/PESK tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ara l-paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

“ANNESS Va

KARBURANT TAL-AVJAZZJONI U ADDITTIVI TAL-KARBURANT KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7a(1)

Nru

Deskrizzjoni

Kodiċi NM

(1)

Karburant tal-avjazzjoni (għajr il-pitrolju):

 

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal spirtu (żjut ħfief)

2710 12 70

Għajr pitrolju (żjut medji)

2710 19 29

(2)

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal pitrolju (żjut medji)

2710 19 21

(3)

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal pitrolju mħallat mal-bijodiżil (1)

2710 20 90

(4)

Materjali għat-trażżin tas-sadid

Materjali għat-trażżin tas-sadid użati f'addittivi għal żjut lubrikanti:

 

materjali għat-trażżin tas-sadid li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

materjali għat-trażżin tas-sadid oħrajn:

3811 29 00

Materjali għat-trażżin tas-sadid użati għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop taż-żjut minerali:

3811 90 00

(5)

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(6)

Inibituri tal-korrużjoni

Inibituri tal-korrużjoni għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Inibituri tal-korrużjoni għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(7)

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant (addittivi kontra l-iffriżar)

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(8)

Deattivaturi tal-metall

Deattivaturi tal-metall għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Deattivatur tal-metall għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(9)

Addittivi tal-bijoċidu

Addittivi tal-bijoċidu għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Addittivi tal-bijoċidu għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali

3811 90 00

(10)

Addittivi li jtejbu l-istabbiltà termali

Tejjieba tal-istabbiltà termali għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Tejjieba tal-istabbiltà termali għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00 ”


(1)  Sakemm ikun għad fih 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut minerali bituminużi.


ANNESS II

“ANNESS Vb

KARBURANT TAL-AVJAZZJONI U ADDITTIVI TAL-KARBURANT KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7a(3)

Nru

Deskrizzjoni

Kodiċi NM

(1)

Karburant tal-avjazzjoni (għajr il-pitrolju):

 

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal spirtu (żjut ħfief)

2710 12 70

Għajr pitrolju (żjut medji)

2710 19 29

(2)

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal pitrolju (żjut medji)

2710 19 21

(3)

Karburant tal-avjazzjoni ta' tip bħal pitrolju mħallat mal-bijodiżil (1)

2710 20 90

(4)

Materjali għat-trażżin tas-sadid

Materjali għat-trażżin tas-sadid użati f'addittivi għal żjut lubrikanti:

 

materjali għat-trażżin tas-sadid li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

materjali għat-trażżin tas-sadid oħrajn:

3811 29 00

Materjali għat-trażżin tas-sadid użati għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop taż-żjut minerali:

3811 90 00

(5)

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(6)

Inibituri tal-korrużjoni

Inibituri tal-korrużjoni għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Inibituri tal-korrużjoni għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(7)

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant (addittivi kontra l-iffriżar)

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00

(8)

Deattivaturi tal-metall

Deattivaturi tal-metall għal żjut lubrikanti:

 

li fihom żjut minerali (petroleum):

3811 21 00

oħrajn:

3811 29 00

Deattivatur tal-metall għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali:

3811 90 00 ”


(1)  Sakemm ikun għad fih 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut minerali bituminużi.


Top