This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1306
Commission Implementing Regulation (EU) No 1306/2014 of 8 December 2014 amending Implementing Regulation (EU) No 750/2014 by extending the period of application of the protection measures in relation to porcine epidemic diarrhoea Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2014 tat- 8 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2014 tat- 8 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 351, 9.12.2014, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2016
|
9.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 351/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1306/2014
tat-8 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 (2) wara rapporti ta' marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin ġdid li feġġet fl-Amerika ta' Fuq. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni minn dawk iż-żoni fejn il-mard ikkawżat minn dawk il-vajrusis huwa preżenti sabiex jipprevedi t-twettiq tal-garanziji meħtieġa fl-istabbiliment tal-oriġini u biex jipprevjeni l-introduzzjoni tad-dijarea epidemika porċina kkawżata minn dawk il-vajrusis fl-Unjoni. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni huma applikabbli sat-12 ta' Jannar 2015. |
|
(2) |
L-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel tal-2014 (3) (iktar' il quddiem l-“opinjoni tal-EFSA”) tindika li l-annimali infettati, ir-rawt tagħhom, u għalf u oġġetti kkontaminati b'rawt huma matriċi li ġew irrappurtati li jittrażmettu dawk il-vajrusis. L-Opinjoni tal-EFSA tipprevedi aktar appoġġ xjentifiku għall-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014. Il-qagħda epidemjoloġika f'pajjiżi terzi milquta mill-marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin, ma nbidlitx f'termini ta' riskju ta' tixrid ta' dawk l-koronavajrusis enteriċi porċini mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-EFSA u l-evoluzzjoni fil-qagħda tal-mard, il-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 750/2014 għandhom jiġi estiżi sa tmiem Ottubru 2015. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014, id-data “12 ta' Jannar 2015” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Ottubru 2015”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri ta' protezzjoni f'rabta mad-dijarea porċina epidemika fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-annimali porċini fl-Unjoni (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 91).
(3) The EFSA Journal 2014;12(10):3877.