This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1291
Commission Delegated Regulation (EU) No 1291/2014 of 16 July 2014 on the conditions for classification, without testing, of wood-based panels under EN 13986 and solid wood panelling and cladding under EN 14915 with regard to their fire protection ability, when used for wall and ceiling covering Text with EEA relevance
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2014 tas- 16 ta' Lulju 2014 dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar ta' pannelli b'bażi tal-injam taħt EN13986 u panelli u kisi tal-injam mastizz taħt EN14915 fir-rigward tal-kapaċità ta' protezzjoni min-nar tagħhom, meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2014 tas- 16 ta' Lulju 2014 dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar ta' pannelli b'bażi tal-injam taħt EN13986 u panelli u kisi tal-injam mastizz taħt EN14915 fir-rigward tal-kapaċità ta' protezzjoni min-nar tagħhom, meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 349, 5.12.2014, pp. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
5.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/25 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1291/2014
tas-16 ta' Lulju 2014
dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar ta' pannelli b'bażi tal-injam taħt EN13986 u panelli u kisi tal-injam mastizz taħt EN14915 fir-rigward tal-kapaċità ta' protezzjoni min-nar tagħhom, meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u partijiet minnhom fir-rigward tar-reżistenza tagħhom għan-nar. Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986, kif ukoll pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915, huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Testijiet urew li dawk il-prodotti għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli dwar il-kapaċità ta' protezzjoni min-nar meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa, dment li l-prodotti jkunu jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward id-densità tal-injam u l-ħxuna tal-pannelli u l-kisi. |
|
(3) |
Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986 u pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw l-klassijiet ta' prestazzjoni għall-kapaċità ta' protezzjoni min-nar stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/367/KE dwar dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jinħtieġ aktar ittestjar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986 u pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni indikati fl-Anness mingħajr ittestjar, meta jintużaw għal kisi ta' ħitan u soqfa.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta' reżistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u xi partijiet minnhom (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26).
ANNESS
|
Prodott (1) |
Standard tal-prodott EN |
Dettalji tal-prodott (2) |
Densità medja minima (kg/m3) |
Ħxuna minima (mm) |
Klassi K (3) |
|
Ħardbord |
EN 13986 |
Bi u mingħajr mudullun u buvett (5) |
800 |
9 |
K2 10 (4) |
|
OSB |
EN 13986 |
Bi u mingħajr mudullun u buvett (6) |
600 |
10 |
K2 10 (4) |
|
Particleboard |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (7) |
600 |
10 |
K2 10 (4) |
|
Particleboard |
EN 13986 |
Bi u mingħajr mudullun u buvett (6) |
600 |
12 |
K2 10 (4) |
|
Triplaj |
EN 13986 |
Bi u mingħajr mudullun u buvett (6) |
450 |
12 |
K2 10 (4) |
|
Pannelli tal-injam mastizz |
EN 13986 |
Bi u mingħajr mudullun u buvett (6) |
450 |
12 |
K2 10 (4) |
|
Particleboard |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (8) |
600 |
25 |
K2 30 |
|
OSB |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (8) |
600 |
30 |
K2 30 |
|
Triplaj |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (8) |
450 |
26 |
K2 30 |
|
Pannelli tal-injam mastizz |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (8) |
450 |
26 |
K2 30 |
|
Pannelli tal-injam mastizz |
EN 13986 |
B'mudullun u buvett (9) |
450 |
53 |
K2 60 |
|
Pannelli u kisi tal-injam mastizz |
EN 14915 |
B'mudullun u buvett (10) |
450 |
15 |
K2 10 (4) |
|
Pannelli u kisi tal-injam mastizz |
EN 14915 |
B'mudullun u buvett (10) |
450 |
27 |
K2 30 |
|
Pannelli u kisi tal-injam mastizz |
EN 14915 |
B'mudullun u buvett (11) |
450 |
2 × 27 (12) |
K2 60 |
(1) Armat direttament fuq kull sostrat mingħajr vojt taħtu.
(2) Minċotti bi truf kwadri jew bi profil tal-mudullun u l-buvett u bl-istess ħxuna tal-prodott tal-injam u mingħajr vojt.
(3) Klassi kif stipulata fid-Deċiżjoni 2000/367/KE.
(4) K1 10 għas-sustrati ≥ 300 kg/m3
(5) Taċċ tul minimu ta' 40 mm u spazjar massimu ta' 100 mm
(6) Viti b'tul minimu ta' 30 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm
(7) Viti b'tul minimu ta' 30 mm u bi spazjar massimu ta' 150 mm
(8) Viti b'tul minimu ta' 50 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm
(9) Viti b'tul minimu ta' 75 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm
(10) Musmar b'tul minimu ta' 60 mm u spazjar massimu ta' 600 mm
(11) Imsiemer b'tul minimu ta' 50 mm (f'kull saff) u bi spazjar massimu ta' 600 mm
(12) Iż-żewġ saffi jiġu mmuntati bid-direzzjoni lonġitudinali tas-saffi tkun perpendikolari ma' xulxin.