Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32014R1236

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill- Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 332, 19.11.2014, p. 26–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statut juridique du document En vigueur: Cet acte a été modifié. Version consolidée actuelle: 30/07/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1236/oj

    19.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/26


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1236/2014

    tat-18 ta' Novembru 2014

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202). Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-2 ta' Lulju 2014 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li titqies bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku L-valina, essenzjali għan-nutrizzjoni tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2014; 12(7):3795.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom.

    3c369

    L-valina

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    L-valina b'minimu ta' 98 % (abbażi ta' materja niexfa)

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    L-valina ((2S)-2-ammino-3-aċidu metilbutanojku) prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202).

    Formula kimika: C5H11NO2

    Numru CAS: 72-18-4

    Metodu analitiku  (1)

    Sabiex tiġi ddeterminata l-L-valina fl-addittiv tal-għalf: Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-valina”.

    Sabiex tiġi ddeterminata l-valina fit-taħlitiet lesti minn qabel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf: kromatografija bi skambju ta' joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni spettrofotometrika (HPLC/VIS) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009.

    L-ispeċijiet kollha

     

     

    1.

    Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv:

    kontenut ta' umdità.

    2.

    Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-immaniġġar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza.

    3.

    Meta d-dikjarazzjoni volontarja tal-addittiv issir fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, għandu jiġi inkluż dan li ġej:

    l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv,

    l-ammont miżjud tal-addittiv.

    Id-9 ta' Diċembru 2024


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Haut