EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1235

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

ĠU L 332, 19.11.2014, p. 18–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1235/oj

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn għadd ta' terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 517/94 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklużivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti għall-2015 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b'hekk il-kontinwità fil-flussi tal-kummerċ ma tiġix affettwata mingħajr bżonn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2013 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2015.

(5)

Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu.

(6)

Biex jiġi ggarantit livell ta' kontinwità fil-kummerċ u l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni inizjali tagħhom għall-2015 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2014.

(7)

Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, u dan kemm-il darba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Biex tkun żgurata ġestjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista' jipprova l-eżistenza ta' kuntratt u jista' jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni lejn il-Komunità f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, biex jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2016, liċenzji li minnhom tal-anqas nofshom ġew użati sad-data tal-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2015.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantità massima għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.

Il-kwantitajiet massimi madankollu, ma japplikawx għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2015, li, fir-rigward ta' kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2014.

Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2014 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, u dan kemm-il darba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.

Artikolu 3

Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu tat-8 ta' Jannar 2015, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.

Il-ħin stabbilit fl-ewwel subparagrafu jinftiehem bħala l-ħin ta' Brussell.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

l-operatur ma kienx diġà ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(ii)

l-operatur ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 % minnha.

3.   L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jkunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015.

Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkun intuża tal-anqas 50 % minnhom meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2013 tal-10 ta' Diċembru 2013 li jistipula regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2014 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (ĠU L 332, 11.12.2013, p. 5).


ANNESS I

Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Bjelorussja

 

 

 

 

1

Kilogrammi

20 000

 

2

Kilogrammi

80 000

 

3

Kilogrammi

5 000

 

4

Biċċiet

20 000

 

5

Biċċiet

15 000

 

6

Biċċiet

20 000

 

7

Biċċiet

20 000

 

8

Biċċiet

20 000

 

15

Biċċiet

17 000

 

20

Kilogrammi

5 000

 

21

Biċċiet

5 000

 

22

Kilogrammi

6 000

 

24

Biċċiet

5 000

 

26/27

Biċċiet

10 000

 

29

Biċċiet

5 000

 

67

Kilogrammi

3 000

 

73

Biċċiet

6 000

 

115

Kilogrammi

20 000

 

117

Kilogrammi

30 000

 

118

Kilogrammi

5 000


Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Korea ta' Fuq

1

Kilogrammi

10 000

 

2

Kilogrammi

10 000

 

3

Kilogrammi

10 000

 

4

Biċċiet

10 000

 

5

Biċċiet

10 000

 

6

Biċċiet

10 000

 

7

Biċċiet

10 000

 

8

Biċċiet

10 000

 

9

Kilogrammi

10 000

 

12

Pari

10 000

 

13

Biċċiet

10 000

 

14

Biċċiet

10 000

 

15

Biċċiet

10 000

 

16

Biċċiet

10 000

 

17

Biċċiet

10 000

 

18

Kilogrammi

10 000

 

19

Biċċiet

10 000

 

20

Kilogrammi

10 000

 

21

Biċċiet

10 000

 

24

Biċċiet

10 000

 

26

Biċċiet

10 000

 

27

Biċċiet

10 000

 

28

Biċċiet

10 000

 

29

Biċċiet

10 000

 

31

Biċċiet

10 000

 

36

Kilogrammi

10 000

 

37

Kilogrammi

10 000

 

39

Kilogrammi

10 000

 

59

Kilogrammi

10 000

 

61

Kilogrammi

10 000

 

68

Kilogrammi

10 000

 

69

Biċċiet

10 000

 

70

Pari

10 000

 

73

Biċċiet

10 000

 

74

Biċċiet

10 000

 

75

Biċċiet

10 000

 

76

Kilogrammi

10 000

 

77

Kilogrammi

5 000

 

78

Kilogrammi

5 000

 

83

Kilogrammi

10 000

 

87

Kilogrammi

8 000

 

109

Kilogrammi

10 000

 

117

Kilogrammi

10 000

 

118

Kilogrammi

10 000

 

142

Kilogrammi

10 000

 

151 A

Kilogrammi

10 000

 

151 B

Kilogrammi

10 000

 

161

Kilogrammi

10 000


ANNESS II

Lista tal-Uffiċċji ta' awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4

1.   Il-Belġju

FOD Economie, Kmo, Middenstand en Energie

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

1210 Brussel

Tel. +32 22776713

Fax +32 22775063

SPF Économie, PME, Classes moyennes et Énergie

Direction générale des analyses économiques et de l'économie internationale

Service Licences

Rue du Progrès 50

1210 Bruxelles

Tél. + 32 22776713

Fax + 32 22775063

2.   Il-Bulgarija

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

ул. „Славянска“ № 8

1052 София

Tel.: +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Fax: +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

Ministry of Economy and Energy

8, Slavyanska Str., Sofia 1052, Bulgaria

Tel.: +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Fax: +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

3.   Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo průmyslu a obchodu (Ministry of Industry and Trade)

Licenční správa

Na Františku 32

CZ – 110 15 Praha 1

Tel: (420) 224 907 111

Fax: (420) 224 212 133

4.   Id-Danimarka

Erhvervs- og Vækstministeriet (Ministry for Business and Growth)

Erhvervsstyrelsen

Langelinie Allé 17

2100 København

DANMARK

Tlf. + 45 35291000

Fax + 45 35291001

5.   Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) [Federal Office of Economics and Export Control]

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Tel.: +49 6196908-0

Fax +49 6196908800

6.   L-Estonja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

Eesti

Tel: +372 6256400

Faks: +372 6313660

7.   L-Irlanda

Department of Jobs, Enterprise and Innovation

Licensing Unit

Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Tel. +353 16312545

Fax +353 16312562

8.   Il-Greċja

Υπουργείο Ανάπτυξης και Ανταγωνιστικότητας

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

105 63 Αθήνα

Τηλ. +30 2103286041-43, 2103286021

Φαξ +30 2103286094

Ministry of Development and Competitiveness

General Directorate for International Economic Policy,

Directorate of Import-Export Regimes, Trade Defence Instruments

1 Kornarou Str.

10563 Αθήνα

Τηλ. + 30 2103286041-43, 2103286021

Φαξ + 30 2103286094

9.   Spanja

Ministerio de Economía y Competitividad

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana no 162

E-28046 Madrid

Tel. +34 913493817, 3493874

Fax +34 913493831

Correo electrónico: sgindustrial.sscc@comercio.mineco.es

10.   Franza

Ministère de l'économie, de l'industrie et du numérique

Direction générale des entreprises (DGE)

Service de l'industrie (SI)

Sous-direction de la chimie, des matériaux et des éco-industries (SDCME)

Bureau des matériaux

67 rue Barbès — BP 80001

94201 Ivry-sur-Seine Cedex

Tél. +33 179843449

Courriel: isabelle.paimblanc@finances.gouv.fr

11.   Il-Kroazja

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

10000 Zagreb

Tel. 00 385 1 6444626

Faks 00 385 1 6444601

Ministry of Foreign and European Affairs

Directorate for Trade Policy and Economic Multilateral Affairs

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

10000 Zagreb

Tel. 00 385 1 6444626

Faks 00 385 1 6444601

12.   L-Italja

Ministero dello Sviluppo Economico

Dipartimento per l'impresa e l'internazionalizzazione

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

Divisione III — Politiche settoriali

Viale Boston, 25

00144 Roma

Tel. +39 0659647517, 59932202, 59932406

Fax +39 0659932263, 59932636

E-mail: polcom3@mise.gov.it

13.   Ċipru

Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Υπηρεσία Εμπορίου

Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Ανδρέα Αραούζου 6

1421 Λευκωσία

Τηλ. +357 22867100

Φαξ +357 22375443

Imports/Exports Licensing Section

Trade Service

Ministry of Energy, Commerce, Industry and Tourism

6, Andrea Araouzou Str.

1421 Nicosia

Κύπρος

Τηλ. +357 22 867 100

Φαξ +357 22 375 443

14.   Il-Latvja

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Kr.Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

Tālr.: 00 371 6701 6201

Fakss: 00 371 6782 8121

15.   Il-Litwanja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Gedimino pr. 38/Vasario 16-osios g. 2

LT-01104 Vilnius, Lietuva

Tel. +370 70664658, +370 70664808

Faks. +370 70664762

E. paštas vienaslangelis@ukmin.lt

16.   Il-Lussemburgu

Ministère de l'économie

Office des licences

19-21, boulevard Royal

2449 Luxembourg

Tél. +352 226162

Fax +352 466138

office.licences@eco.etat.lu

17.   L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

(Hungarian Trade Licencing Office)

1124 Budapest

Németvölgyi út 37–39.

MAGYARORSZÁG

Tel. +36 14585503

Fax +36 14585814

E-mail: keo@mkeh.gov.hu

18.   Malta

Ministry for the Economy, Investment and Small Business

Commerce Department, Trade Services Directorate

Lascaris

Valletta VLT2000

Malta

Telefon: 00 356 256 90 202

Faks: 00 356 212 37 112

19.   Il-Pajjiżi l-Baxxi

Belastingdienst/Douane

Centrale dienst voor in- en uitvoer

Kempkensberg 12

Postbus 30003

9700 RD Groningen

Tel. +31 881512122

Fax +31 881513182

20.   L-Awstrija

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft (Federal Ministry of Science, Research and Economy)

Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

Stubenring 1

A — 1010 Wien

Tel: +43 171100-8353

Fax +43 171100-8366

21.   Il-Polonja

Ministerstwo Gospodarki

pl. Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA

Tel. +48 226935553

Faks +48226934021

22.   Il-Portugall

Ministério das Finanças

Direção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

1149-006 Lisboa

Portugal

Tel. (351-1) 218 814 263

Fax: (351-1) 218 814 261

Endereço eletrónico: dsl@dgaiec.min-financas.pt

23.   Ir-Rumanija

Ministerul Economiei,

Comerțului și Mediului de Afaceri

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr. 152, sector 1

București

Cod poștal: 010096

Tel: + 40 21 3150081

Fax: + 40 21 3150454

E-mail: clc@dce.gov.ro

24.   Is-Slovenja

Ministrstvo za finance (Ministry of Finance)

Davčna uprava Republike Slovenije

Spodnji plavž 6c

SI-4270 Jesenice

SLOVENIJA

Tel. +386 42974470

Faks +386 42974472

E-naslov: taric.cuje@gov.si

25.   Is-Slovakkja

Ministerstvo hospodárstva SR (Ministry of Economy of the Slovak Republic)

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

Tel. +421 248547019

Fax +421 243423915

E-mail: jan.krocka@mhsr.sk

26.   Il-Finlandja

Tulli (Finnish Customs)

PL 512

FI-00101 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Puhelin: +358 295 5200

Faksi: +358 204922852

Sähköposti: kirmo@tulli.fi

Tullen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

FINLAND

Fax +358 204922852

27.   L-Isvezja

Kommerskollegium

Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tfn +46 86904800

Fax +46 8306759

E-post: registrator@kommers.se

28.   Ir-Renju Unit

Import Licensing Branch (ILB)

Department for Business Innovation and Skills

E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk


Top