Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1229

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2014 tas- 17 ta' Novembru 2014 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 331, 18.11.2014, p. 14–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1229/oj

    18.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/14

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2014

    tas-17 ta' Novembru 2014

    li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-istqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f'lista ta' stqarrijiet permessi.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, biex issir valutazzjoni xjentifika tagħhom, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni tagħhom.

    (3)

    L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa kkonċernata.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità.

    (5)

    Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00574) (2). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”.

    (6)

    Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (7)

    Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, l-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00575) (3). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”.

    (8)

    Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (9)

    Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill--kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy”u ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00576) (4). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm”.

    (10)

    Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (11)

    Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00579) (5). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm”.

    (12)

    Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill--ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (13)

    Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Omikron Italia S.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid--diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u ż-żamma tal-permeabbiltà normali tal-vini u tal-kapillari (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00353) (6). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari”.

    (14)

    Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (15)

    Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Omikron Italia S.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidinu ż-żamma ta' ton vaskulari normali (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00354) (7). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku”.

    (16)

    Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (17)

    Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tas-soppa tax-xgħir “Orzotto” u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00578) (8). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”.

    (18)

    Fl-10 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tas-soppa tax-xgħir “Orzotto” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

    (19)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa mniżżlin fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-istqarrijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER

    (1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

    (2)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3413.

    (3)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3414.

    (4)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3415.

    (5)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3416.

    (6)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3511.

    (7)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3512.

    (8)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3519.

    ANNESS

    Stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa miċħudin

    Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

    Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel

    Stqarrija

    Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA

    L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

    Taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy”

    Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva

    Q-2013-00574

    L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

    Taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera

    Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva

    Q-2013-00575

    Iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm

    Q-2013-00576

    Q-2013-00579

    L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

    Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin

    It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari

    Q-2013-00353

    L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

    Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin

    It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku

    Q-2013-00354

    L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

    Is-soppa tax-xgħir “Orzotto

    Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva

    Q-2013-00578

    Top