Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1219

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1219/2014 tat- 13 ta' Novembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 329, 14.11.2014, p. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1219/oj

    14.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/23


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1219/2014

    tat-13 ta' Novembru 2014

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) u (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2014 (2), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet inkluża fil-lista stabbilita fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    (2)

    Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, li jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 998/2003 b'effett mid-29 ta' Diċembru 2014, il-pajjiżi u t-territorji elenkati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati minn dik id-data fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 (4).

    Għaldaqstant, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013.

    (3)

    Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/419/UE (5), huwa xieraq li jiġu emendati l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 u li jinbidel l-Anness II tiegħu fl-intier tiegħu.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 għandu jiġu sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1160/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 17).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).


    ANNESS

    “ANNESS II

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Il-PARTI 1

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Kodiċi ISO

    Territorju jew pajjiż terz

    AD

    Andorra

    CH

    L-Isvizzera

    FO

    Il-Gżejjer Faeroe

    GI

    Ġibiltà

    GL

    Il-Groenlandja

    IS

    L-Islanda

    LI

    Il-Liechtenstein

    MC

    Monako

    NO

    In-Norveġja

    SM

    San Marino

    VA

    L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    Il-PARTI 2:

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Kodiċi ISO

    Territorju jew pajjiż terz

    Territorji inklużi

    AC

    Il-Gżira ta' Ascension

     

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

     

    AG

    Antigwa u Barbuda

     

    AR

    L-Arġentina

     

    AU

    L-Awstralja

     

    AW

    Aruba

     

    BA

    Il-Bosnja-Ħerzegovina

     

    BB

    Il-Barbados

     

    BH

    Il-Baħrejn

     

    BM

    Il-Bermuda

     

    BQ

    Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

     

    BY

    Il-Bjelorussja

     

    CA

    Il-Kanada

     

    CL

    Iċ-Ċilì

     

    CW

    Curaçao

     

    FJ

    Fiġi

     

    FK

    Il-Gżejjer Falkland

     

    HK

    Ħong Kong

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

    JP

    Il-Ġappun

     

    KN

    Saint Kitts u Nevis

     

    KY

    Il-Gżejjer Kajman

     

    LC

    Santa Luċija

     

    MS

    Montserrat

     

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

     

    MU

    Il-Mawrizju

     

    MX

    Il-Messiku

     

    MY

    Il-Malasja

     

    NC

    Il-Kaledonja Ġdida

     

    NZ

    In-New Zealand

     

    PF

    Il-Polineżja Franċiża

     

    PM

    Saint Pierre u Miquelon

     

    RU

    Ir-Russja

     

    SG

    Singapor

     

    SH

    Sant'Elena

     

    SX

    Sint Maarten

     

    TT

    Trinidad u Tobago

     

    TW

    It-Tajwan

     

    US

    L-Istati Uniti tal-Amerika

    AS — Is-Samoa Amerikana

    GU — Gwam

    MP — Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

    PR — Puerto Rico

    VI — Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti”

    VC

    Saint Vincent u l-Grenadini

     

    VG

    Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

     

    VU

    Il-Vanwatu

     

    WF

    Wallis u Futuna

     


    Top