Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1217

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2014 tal- 11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 329, 14.11.2014, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1217/oj

    14.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/17


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1217/2014

    tal-11 ta' Novembru 2014

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Heinz ZOUREK

    Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Oġġett (hekk imsejjaħ “filtru tal-elettriku”) li jikkonsisti f'kapasiter taċ-ċeramika b'ħafna saffi tat-tip alimentatur għall-immuntar fil-wiċċ, b'qisien ta' madwar 8 × 3 × 3 mm.

    Dan huwa ppreżentat bħala filtru low pass għall-użu bħala filtru ta' interferenza elettromanjetika (EMI), pereżempju f'amplifikaturi tal-enerġija, provvisti tal-enerġija, kontrolli tat-temperatura u tal-mutur u ċirkwiti tas-sewwieqa.

     (*) Ara l-immaġni 1

    8532 24 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) għat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 8532 u 8532 24 00 .

    L-oġġett jintuża bħala komponent f'firxa ta' magni. Billi huwa magħmul biss minn kapasiter, irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8532 24 00 bħala kapasiters fissi ta' dielettriku taċ-ċeramika, ħafna saffi.

    2.

    Oġġett (hekk imsejjaħ “filtru tal-elettriku”) li jikkonsisti f'kapasiter u żewġ żibeġ tal-ferrite, b'qisien ta' madwar 7 × 2 × 2 mm.

    Iċ-ċirkwit elettriku ekwivalenti huwa magħmul minn żewġ indutturi, wieħed għal kull żibġa tal-ferrite, imqiegħda f'serje għall-passaġġ tal-kurrent DC u mwaħħla mal-konduttur fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-kapasiter alimentatur għall-immuntar fil-wiċċ.

    Iż-żewġ żibeġ tal-ferrite jaġixxu bħala indutturi u l-funzjoni tagħhom timminimizza r-reżonanza maċ-ċirkwiti tal-madwar għar-restrizzjoni tal-kurrenti elettriċi bi frekwenza għolja.

    Huwa ppreżentat għall-użu bħala filtru ta' interferenza elettromanjetika (EMI), pereżempju, f'applikazzjonijiet industrijali u tal-karozzi.

     (*) Ara l-immaġni 2

    8548 90 90

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), in-nota 2(c) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8548 , 8548 90 u 8548 90 90 .

    Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett, jiġifieri li dan huwa magħmul mhux biss minn kapasiter iżda wkoll minn żewġ żibeġ tal-ferrite, dan ma jikkorrispondix kompletament għall-kliem fl-intestatura 8532 (kapasiters).

    Barra minn hekk, billi kemm iż-żibeġ tal-ferrite kif ukoll il-kapasiter huma importanti indaqs għall-funzjonament ġenerali tal-filtru tal-elettriku, il-funzjoni ta' dan l-oġġett tmur lil hinn mill-ambitu tal-intestatura 8532 . Il-klassifikazzjoni taħt din l-intestatura bl-applikazzjoni tal-GIR 1 u n-nota 2(a) tat-Taqsima XVI hija għalhekk eskluża.

    L-oġġett jintuża bħala komponent f'firxa ta' magni. Minħabba li mhuwiex adegwat biex jintuża biss jew prinċipalment ma' magna jew klassi ta' magna partikolari, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8548 90 90 bħala partijiet ta' elettriku ta' magni jew apparat oħra, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor fil-Kapitolu 85.


    Immaġni 1

    Immaġni 2

    (Ċirkwit)

    (Ċirkwit ekwivalenti)

    Image

    Image


    (*)  L-immaġnijiet huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


    Top