Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1183

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1183/2014 tat- 30 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

    ĠU L 316, 4.11.2014, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1183/oj

    4.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/58


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1183/2014

    tat-30 ta' Ottubru 2014

    li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2014.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Lowri EVANS

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


    ANNESSI

    Nru

    68/TQ43

    Stat membru

    Il-Belġju

    Stokk

    SOL/07 A.

    Speċi

    Lingwata komuni (Solea solea)

    Żona

    VIIa

    Data tal-għeluq

    21.10.2014


    Top