Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1169

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2014 tal- 31 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

    ĠU L 314, 31.10.2014, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1169/oj

    31.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/28


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1169/2014

    tal-31 ta' Ottubru 2014

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) u (b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali dwar id-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (3) fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014 u ppreveda l-amministrazzjoni tagħhom.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). B'mod essenzjali, l-emenda tikkonsisti mit-titwil taż-żmien tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-istabbiliment tal-kwantitajiet tal-kwoti għas-sena 2015.

    (4)

    Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1(1), id-data tal-“31 ta' Ottubru 2014” għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“31 ta' Diċembru 2015”;

    (2)

    Fl-Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa fis-13:00, ħin ta' Brussell. Ma jkunux jistgħu jitressqu aktar:

    (a)

    wara l-Ġimgħa 12 ta' Diċembru 2014 fis-13:00, ħin ta' Brussell, għas-sena 2014;

    (b)

    wara l-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2015 fis-13:00, ħin ta' Brussell, għas-sena 2015.”

    ;

    (3)

    L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

    It-tul tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jibda mill-jum meta din tinħareġ effettivament, bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, u jintemm fi tmiem it-tieni xahar ta' wara dan il-jum. F'kwalunkwe każ, din il-validità tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 għas-sena 2014 u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 għas-sena 2015, rispettivament.”

    ;

    (4)

    l-Anness hu mibdul bit-test li jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jgħodd b'effett mit-2 ta' Novembru 2014.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ ul-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS

    Mingħajr ħsara għar-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta l-kodiċijiet tan-NM ikollhom ‘ex’ quddiemhom, l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.

    Numru tal-ordni

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodu

    Kwantità f'tunnellati

    09.4306

    1001 99 (00)

    qamħ spelt, qamħ komuni u meslin (wiċċ imħallat ta' qamħ u segala), minbarra ż-żerriegħa

    Sena 2014

    Sena 2015

    950 000

    950 000

    1101 00 (15-90)

    dqiq tal-qamħ komuni u tal-ispelt, dqiq tal-meslin

    1102 90 (90)

    dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, ix-xgħir, il-ħafur, ir-ross

    1103 11 (90)

    qamħ komuni u spelt mitħun oħxon u dqiq oħxon tagħhom

    1103 20 (60)

    gerbub tal-qamħ

    09.4307

    1103 90 (00)

    xgħir, minbarra ż-żerriegħa

    Sena 2014

    Sena 2015

    250 000

    250 000

    1102 90 (10)

    dqiq tax-xgħir

    ex 1103 20 (25)

    gerbub tax-xgħir

    09.4308

    1005 90 (00)

    qamħirrum minbarra ż-żerriegħa

    Sena 2014

    Sena 2015

    400 000

    400 000 ”

    1102 20 (10-90)

    dqiq tal-qamħirrum

    1103 13 (10-90)

    qamħirrum mitħun oħxon (groats) u pasta tal-qamħirrum

    1103 20 (40)

    gerbub tal-qamħirrum

    1104 23 (40-98)

    ħbub oħrajn maħdumin tal-qamħirrum


    Top