EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1151
Commission Delegated Regulation (EU) No 1151/2014 of 4 June 2014 supplementing Directive 2013/36/EU of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards on the information to be notified when exercising the right of establishment and the freedom to provide services (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 309, 30.10.2014, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/12/2022
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1151/2014
tal-4 ta' Ġunju 2014
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata meta jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(5), l-Artikolu 36(5) u l-Artikolu 39(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-informazzjoni fin-notifiki pprovduta minn istituzzjonijiet ta' kreditu għandha tkun iddettaljata biżżejjed sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun tista' tivvaluta jekk l-istruttura amministrattiva u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu humiex adegwati biex itwettqu l-attivitajiet previsti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li fih huma jixtiequ joperaw, filwaqt li jippreparaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għas-superviżjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu. |
(2) |
Għall-finijiet li ssir distinzjoni ċara bejn in-notifiki tal-bidu, in-notifiki li jirriżultaw mill-bidliet fid-dettalji tan-notifiki tal-bidu u dawk relatati ma' terminazzjoni ppjanata tal-operat ta' fergħa, huwa meħtieġ li jiġu definiti ċerti termini tekniċi użati. |
(3) |
Sabiex l-ammont ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata jibqa' f'limiti raġonevoli, l-informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni ta' notifika inizjali biss għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti. Notifika inizjali għandha tinkludi dettalji għall-identifikazzjoni tal-fergħa u l-istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi din il-fergħa kif ukoll id-dettalji sabiex jiġi eżaminat il-programm ta' operazzjonijiet tal-fergħa previst mill-istituzzjoni ta' kreditu. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu tbassir finanzjarju għat-tliet snin li ġejjin sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-attivitajiet tal-fergħa mhux se jdgħajjfu l-istabbiltà tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-futur. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-livelli u l-iskop tal-protezzjoni offruta lill-klijenti tal-fergħa. |
(4) |
Meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkun beħsiebhom iwettqu wieħed jew aktar servizzi ta' investiment u attivitajiet definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad- Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi nnotifikata informazzjoni speċifika dwar l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Din l-informazzjoni għandha tagħti dettalji dwar l-arranġamenti interni biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva, sabiex l-awtoritajiet kompetenti ikunu f'qagħda li jivvalutaw l-adegwatezza tal-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa għas-servizzi u attivitajiet ta' investiment previsti. |
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom bżonn jirċievu informazzjoni aġġornata f'każ ta' notifika ta' passaport ta' fergħa, inkluż l-għeluq ta' fergħa, sabiex ikunu f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjoni infurmata skont is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. |
(6) |
Dan ir-Regolament għandu jindirizza wkoll notifika minn istituzzjonijiet ta' kreditu relatata mat-twettiq ta' attivitajiet fi Stat Membru ospitanti bħala l-forniment ta' servizzi transfruntieri. Minħabba n-natura tas-servizzi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu qed jitmexxew fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u li għalhekk huwa essenzjali li jiġi speċifikat fid-dettall liema informazzjoni trid tiġi nnotifikata. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw notifiki relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mid-Direttiva 2013/36/UE f'Regolament wieħed. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament għandhom jinqraw flimkien mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 (3). |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata meta jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 35(5), l-Artikolu 36(5) u l-Artikolu 39(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tiegħu; |
(2) |
“notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa” tfisser notifika skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni tal-kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti ta' bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-Artikolu 35(2)(b), (c) jew (d) ta' dik id-Direttiva; |
(3) |
“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq teżerċita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi twettaq l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tagħha. |
Artikolu 3
Notifika ta' passaport ta' fergħa
1. L-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f'notifika ta' passaport ta' fergħa għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-isem u l-post prinċipali ta' negozju intiż tal-fergħa; |
(b) |
il-programm ta' operazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu 2; |
2. Il-programm ta' operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tipi ta' negozju maħsub, li jinkludi l-informazzjoni li ġejja;
|
(b) |
l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa, li tinkludi l-informazzjoni li ġejja;
|
(c) |
dettalji ta' esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa; |
(d) |
informazzjoni oħra, li tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
Artikolu 4
Notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa u notifika tat-tmiem tal-operat ta' fergħa
1. Notifika ta' bidla fid-dettalji fergħa li mhix relatata ma' terminazzjoni ppjanata tal-attività ta' fergħa għandha tiġi nnotifikata meta jkun hemm bidla fl-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), minbarra dik speċifikata fl-Artikolu 3(2)(d) billi l-aħħar notifika mill-istituzzjoni ta' kreditu, jew, jekk dik l-informazzjoni ma kinetx ġiet notifikata, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni li trid tiġi notifikata meta istituzzjoni tal-kreditu tippjana li ttemm l-operazzjoni ta' fergħa għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li ser ikunu responsabbli għall-proċess tat-tmiem tal-operat tal-fergħa; |
(b) |
l-iskeda stmata għat-tmiem ppjanat tal-operat u kull aġġornament rilevanti kif jevolvi l-proċess; |
(c) |
informazzjoni dwar il-proċess ta' tmiem tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti tal-fergħa. |
Artikolu 5
Notifika ta' servizzi ta' passaport
L-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f'notifika ta' servizzi ta' passaport għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
il-lista ta' attivitajiet fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti; |
(b) |
l-attivitajiet li ser jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju fl-Istat Membru ospitanti; |
(c) |
id-data tal-bidu għal kull attività tas-servizz ċentrali fejn applikabbli. |
Artikolu 6
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas-27 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 254, 28.8.2014, p. 2).
(4) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).