This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1137
Commission Regulation (EU) No 1137/2014 of 27 October 2014 amending Annex III of Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the handling of certain offal from animals intended for human consumption Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1137/2014 tas- 27 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament ta' ċertu ġewwieni mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1137/2014 tas- 27 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament ta' ċertu ġewwieni mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 307, 28.10.2014, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1137/2014
tas-27 ta' Ottubru 2014
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament ta' ċertu ġewwieni mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jiżguraw il-konformità ma' rekwiżiti speċifiċi għat-trattament ulterjuri ta' ġewwieni bħall-istonkijiet tar-ruminanti u s-saqajn tal-mammali bid-dwiefer mgħawġin. |
(2) |
Skont l-Anness III ta' dak ir-Regolament, qabel ma jinġarru lejn stabbiliment ieħor, is-saqajn tal-mammali bid-dwiefer mgħawġin li jkun se jsirilhom trattament ulterjuri għandhom jinstelħu jew jinstamtu u jitneħħilhom ix-xagħar, u l-istonkijiet tar-ruminanti għandhom jinstamtu jew jitnaddfu fil-biċċerija. |
(3) |
It-tagħmir meħtieġ biex l-annimali jinstelħu jew jinstamtu u biex jitneħħilhom ix-xagħar jeħtieġ ħafna investiment. Għalhekk, il-biċċeriji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari, mhumiex f'pożizzjoni li jittrattaw, huma stess u b'mod kosteffettiv, is-saqajn maħsubin għall-konsum mill-bniedem. |
(4) |
Filwaqt li l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu li s-saqajn tal-mammali bid-dwiefer mgħawġin jiksbu valur bħala ikel u b'hekk titnaqqas il-ħela tal-ikel, il-biċċeriji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari, qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi prattiċi ta' dan, li jfixklu t-tali valorizzazzjoni. |
(5) |
It-tames jiġi rraffinat għall-produzzjoni tal-ġobon u jinkiseb mill-istonkijiet tal-frieħ tar-ruminanti fi stabbilimenti apposta. Is-smit jew it-tindif tal-istonkijiet inaqqas b'mod sostanzjali l-ammont ta' tames li jinkiseb minn dawn l-istonkijiet mingħajr ma jikkontribwixxi għas-sikurezza tat-tames, li jiġi rraffinat sewwa wara. |
(6) |
Sabiex jiġu promossi r-regolazzjoni aħjar u l-kompetittività, irid jinżamm livell għoli ta' sikurezza tal-ikel, u l-operaturi jridu jingħataw kundizzjonijiet indaqs, li jkunu sostenibbli wkoll għall-biċċeriji ż-żgħar u ta' daqs medju. |
(7) |
L-istonkijiet tar-ruminanti u s-saqajn tal-mammali bid-dwiefer mgħawġin huma inklużi fid-definizzjoni tal-ġewwieni mogħtija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Ir-rekwiżiti għat-trattament tal-ġewwieni mogħtija f'dak ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tat-temperatura waqt il-ħażna u t-trasport, jiżguraw li dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu ttrattati b'mod sikur u ttrasportati lejn stabbiliment barra l-biċċerija, miġbura minn diversi biċċeriji u mogħtija valur. Għalhekk, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li jiġu ttrasportati lejn stabbiliment ieħor is-saqajn tal-mammali bid-dwiefer mgħawwġin li ma jkunux instelħu jew instamtu u li ma jkunx tneħħilhom ix-xagħar. |
(8) |
Għalhekk, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt 18 tal-Kapitolu IV tat-Taqsima I għandu jinbidel b'dan li ġej:
“18. |
Meta jkunu maħsubin għal trattament ulterjuri:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.