EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1128

Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1128/2014 tal- 21 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

ĠU L 305, 24.10.2014, p. 100–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1128/oj

24.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/100


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1128/2014

tal-21 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

132,6

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

138,8

0

AR

149,3

0

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

303,3

0

AR

222,6

23

BR

335,3

0

CL

270,9

9

TH

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

198,7

4

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

123,6

6

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati

356,6

0

BR

305,2

0

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ

259,6

8

BR


(1)  Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).”


Top