EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1127
Commission Regulation (EU) No 1127/2014 of 20 October 2014 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for amitrole, dinocap, fipronil, flufenacet, pendimethalin, propyzamide, and pyridate in or on certain products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal amitrol, dinokap, fipronil, flufenaċet, pendimetalina, propiżammid u piridat f'ċertu prodotti jew fuqhom Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 305, 24.10.2014, p. 47–99
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/47 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal amitrol, dinokap, fipronil, flufenaċet, pendimetalina, propiżammid u piridat f'ċertu prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(4) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-amitrol, il-flufenaċet, il-pendimetalina u l-piridat, il-livelli massimi ta' residwu (maximum residue levels — MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-dinokap u l-fipronil, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Għall-amitrol, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (2). L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs fi frott taċ-ċitru, lewż, ġellewż, ġewż, frott taż-żerriegħa, frott bil-għadma, għeneb tal-mejda u tal-inbid, passolina, gooseberries, żebbuġ tal-mejda u żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi m'hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(3) |
Għad-dinokap, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (3). L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva dinokap ġew irrevokati. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ffissati l-MRLs fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew il-livell ta' MRLs tal-Codex li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni. Huwa xieraq ukoll li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu. |
(4) |
L-Awtorità indikat li l-MRLs eżistenti għad-dinokap fl-għeneb tal-inbid u fil-bettiegħ jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. L-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(5) |
Għall-fipronil, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (4). Huwa rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-brassicas bil-fjuri u bir-ras, ix-xaħam u l-fwied tal-ħnieżer, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż, il-kliewi tal-ħnieżer, il-fwied u l-bajd tat-tjur. Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jinżammu dawk eżistenti. |
(6) |
Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fl-10 ta' Frar 2012, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni temporanja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva fipronil, minħabba tifqigħa tal-ispeċi Elateridae, periklu li ma setax jiġi kkontrollat b'mod effettiv permezz ta' mezz raġonevoli ieħor. Konsegwentement, il-Ġermanja nnotifikat ukoll lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, bit-talba tagħha biex jogħla l-MRL fix-xaħam tat-tjur, billi patata li fiha residwi tal-fipronil konformi mal-MRL eżistenti fil-patata tista' tiġi mitmugħa lit-tiġieġ, u dan iwassal għal residwi ogħla mill-MRL eżistenti fix-xaħam tat-tjur. |
(7) |
Il-Ġermanja ressqet valutazzjoni xierqa tar-riskji għall-konsumatur lill-Kummissjoni u pproponiet MRLs temporanji fuq dik il-bażi. |
(8) |
L-Awtorità vvalutat id-dejta pprovduta u ħarġet opinjoni motivata dwar is-sikurezza tal-MRLs temporanji proposti skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). Hija kkonkludiet li ma jistax jiġi eskluż riskju potenzjali fit-tul għas-saħħa tal-konsumatur. |
(9) |
Billi l-esponiment għal residwi minn prodotti differenti kkontribwixxa għar-riskju potenzjali fit-tul għas-saħħa tal-konsumatur, l-awtorizzazzjonijiet għall-użi fuq kaboċċi u l-kaboċċi tal-weraq twal kienu rtirati fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2013 (7) daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2013, u b'hekk emenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(11) |
Il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Awtorità biex terġa' tikkalkula l-livelli tar-residwi mistennija tal-fipronil f'kommoditajiet ta' oriġini mill-annimali u l-esponiment tal-konsumatur li jirriżulta minn dawk il-livelli ta' residwi, filwaqt li jitqies l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal użi fuq il-kaboċċi u l-kaboċċi tal-weraq twal u l-emenda tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs wara l-irtirar tal-użi fuq il-kaboċċi u l-kaboċċi tal-weraq twal skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (8). Hija kkonkludiet li l-MRLs proposti huma appoġġati kif xieraq minn dejta u ma ġie identifikat l-ebda riskju għall-konsumatur. |
(12) |
Għall-flufenaċet, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (9). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-fwied tal-ħnieżer, annimali bovini, nagħaġ, mogħoż u tjur. Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jinżammu dawk eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-frawli, riħan blu, cranberries, passolina u gooseberries xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi m'hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(13) |
Għall-pendimetalina, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (10). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għaz-zunnarija, ħxejjex legumi (friski), legumi (niexfa), karawett, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tas-sojja, żerriegħa tal-qoton, laħam u xaħam tal-majjali, annimali bovini, nagħaġ, mogħoż u tjur, ħalib u bajd tal-għasafar. B'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki agrikoli tajbin pprovduta mill-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi u billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għaz-zunnarija għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. Se ssir reviżjoni ta' dak l-MRL; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għal prodotti oħrajn l-Awtorità rrakomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jibqa' dak eżistenti. |
(14) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għal pendimetalina fil-frawli, tewm, basal, xalott, tadam, bżar, brunġiel, kukurbit b'qoxra li tittiekel u li ma tittikilx, qaqoċċ, kurrat, kliewi u fwied tal-majjal, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż u fwied tat-tjur, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi m'hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(15) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-pendimetalina għall-witloof, żerriegħa tal-lift, infużjonijiet erbali (imnixxfa jew fjuri) u ħwawar (frott jew berries) xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. L-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(16) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-pendimetalina fl-għeruq mustarda, zunnarija bajda u għeruq tat-tursin l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kien hemm il-ħtieġa ta' aktar kunsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskji. Fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki agrikoli tajbin pprovduta mill-Ġermanja, l-Latvja u l-Pajjiżi l-Baxxi u billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(17) |
Fir-rigward tal-pendimetalina f'leħjet il-bodbod, infużjonijiet erbali (imnixxfa, għeruq), ħwawar (żrieragħ) u karwija, l-Awtorità ressqet opinjoni dwar l-MRLs għal dawk il-prodotti (11). |
(18) |
Għall-propiżammid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (12). L-Awtorità pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu. Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, frawli, frott tal-qasab, riħan blu, cranberries, passolina, gooseberries, sebuq, leħjet il-bodbod, witloof, rabarbru, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-lift, żerriegħa tas-sojja, pitravi taz-zokkor (għeruq) u għeruq taċ-ċikwejra. Għal prodotti oħrajn huwa rrakkomandat li jinżammu l-MRLs eżistenti. |
(19) |
l-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-propiżammid għall-valerjanella, ħass, skarola, krexxun, aruka (rukla), weraq u nebbieta tal-brassika, ħxejjex aromatiċi, fażola (niexfa), għazz, piżelli (niexfa), laħam, xaħam, fwied u kliewi tal-majjal, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż, u ħalib tar-ruminanti, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(20) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-propiżammid għall-kurrat u l-ħops ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni u li kien hemm il-ħtieġa ta' aktar attenzjoni mill-amministraturi tar-riskji. L-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(21) |
Fir-rigward tal-propiżammid f'infużjonijiet erbali (imnixxfa), l-Awtorità ressqet opinjoni dwar l-MRLs għal dawk il-prodotti (13). |
(22) |
Għall-piridat, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (14). L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-leħjet il-bodbod, tewm, basal, xalott, basal tar-rebbiegħa, qamħ ħelu, brassica bil-fjuri, Brussels sprouts, kaboċċi, kaboċċi tal-weraq twal, ġdur kolrabi, kurrat selvaġġ, asparagu, kurrat, lupini, żerriegħa tal-peprin, żerriegħa tal-lift, qamħirrum, infużjonijiet erbali (imnixxfa, fjuri), infużjonijiet erbali (imnixxfa, weraq), infużjonijiet erbali (imnixxfa, għeruq), ħwawar (żrieragħ), ħwawar (frott u berries), laħam, xaħam u fwied tal-majjali, annimali bovini, nagħaġ u mogħoż, laħam, xaħam u fwied tat-tjur, ħalib tar-ruminanti u bajd tal-għasafar, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawk l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(23) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-piridat fil-qaqoċċ, xgħir, ross u qamħ ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni u li kien hemm il-ħtieġa ta' aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. L-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(24) |
Fir-rigward tal-piridat fil-weraq tal-karfus (weraq tax-xibt), l-Awtorità ressqet opinjoni dwar l-MRL għal dak il-prodott (15). |
(25) |
Fir-rigward tal-prodotti li għalihom la ġew irrappurtati awtorizzazzjonijiet rilevanti jew tolleranzi tal-importazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea u lanqas ma kienu disponibbli MRLs tal-Kodiċi, l-Awtorità kkonkludiet li kien hemm bżonn ta' aktar attenzjoni mill-amministraturi tar-riskji. Filwaqt li tqis l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(26) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi rilevanti tas-suġġett inkwistjoni, il-modifiki xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) u tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(27) |
Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
(28) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(29) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għal prodotti li jkunu ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
(30) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli, biex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biżżejjed biex iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(31) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-rigward tas-sustanzi attivi fil-prodotti u fuqhom, kif stipulat fil-lista li ġejja, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament, għandu jibqa' japplika għal prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-13 ta' Mejju 2015:
(1) |
amitrol: il-prodotti kollha, |
(2) |
dinokap: il-prodotti kollha għajr l-għeneb tal-inbid u l-bettiegħ, |
(3) |
fipronil, flufenaċet, pendimetalina, propiżammid u piridat: il-prodotti kollha. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, għandu japplika mit-13 ta' Mejju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for amitrole according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(6):2763. [35 pp.].
(3) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for dinocap according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2011;9(8):2340. [33 pp.].
(4) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for fipronil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2688. [44 pp.].
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(6) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for fipronil in poultry fat. EFSA Journal 2012;10(5):2707. [32 pp.].
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' żidiet u modifikazzjonijiet dwar il-prodotti koperti b'dak l-Anness (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 30).
(8) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the modification of maximum residue levels (MRLs) for fipronil following the withdrawal of the authorised uses on kale and head cabbage. EFSA Journal 2014;12(1):3543. [37 pp.].
(9) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for flufenacet according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2689. [52 pp.].
(10) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for pendimethalin according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2683. [57 pp.].
(11) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for pendimethalin in various crops. EFSA Journal 2013;11(5):3217. [27 pp.].
(12) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for propyzamide according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2690. [54 pp.].
(13) European Food Safety Authority; L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs fis-seħħ għall-propiżamid fil-weraq, fjuri u tal-infużjonijiet erbali. EFSA Journal 2013;11(9):3378. [28 pp.].
(14) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for pyridate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2687. [47 pp.].
(15) European Food Safety Authority; Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for pyridate in celery leaves (dill leaves). EFSA Journal 2012;10(9):2892. [25 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness III, jitħassru l-kolonni għal amitrol, dinokap, fipronil, flufenaċet, pendimetalina, propiżammid u piridat. |
(*) Jindika livell iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(**) |
Kombinazzjoni tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fl-Anness III Parti B. |
(F)= Idub fix-xaħam
Amitrol
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sal-24.10.2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-ħażna u l-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sal-24.10.2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Flufenaċet (somma tal-komposti kollha li fihom il-grupp N fluworofenil-N-isopropil espress bħala flufenaċet)

Pendimetalina (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sal-24.10.2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

Propiżammid (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċidi: Propiżammid — kodidi 1000000: Somma tal-propiżammid u l-metaboliti kollha li fihom il-grupp tal-aċidu 3,5-diklorobenżojku, espressi bħala propiżammid |

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta twettaq rieżami tal-MRLs, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sal-24.10.2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

Piridat (somma tal-piridat, il-prodott tal-idroliżi tiegħu CL 9673 (6-kloro-4-idrossi-3-fenilpiridażina) u konjugati idroliżabbli ta' CL 9673 espressi bħala piridat)

(1) Għal-lista kompluta ta' prodotti li joriġinaw minn pjanti u annimali li għalihom japplikaw l-MRLs għandha ssir referenza għall-Anness I.

(**) Jindika livell iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista kompluta ta' prodotti li joriġinaw minn pjanti u annimali li għalihom japplikaw l-MRLs għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F)= Idub fix-xaħam
Dinokap (is-somma tal-isomeri tad-dinokap u l-fenoli korrispondenti tagħhom espressi bħala dinokap) (F) (Fejn ikun hemm biss detezzjoni tal-meptildinokap jew tal-fenol korrispondenti tiegħu però ta' ebda komponent ieħor li jikkostitwixxi d-dinokap (inkluż il-fenoli korrispondenti tagħhom), għandhom jiġu applikati l-MRLs u d-definizzjoni tar-residwu tal-meptildinokap.)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolit tas-sulfon (MB46136) espres bħala fipronil) (F)
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,005 (*) sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,015 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,005 (*) sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,015 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,005 (*) sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,06 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.

L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,009 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.

L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,006 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,005 (*) sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,06 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,015 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,009 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,06 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.
|
(+) |
L-MRL huwa applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2016, wara dik id-data jkun applikabbli 0,008 sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.