This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1111
Commission Implementing Regulation (EU) No 1111/2014 of 20 October 2014 fixing the allocation coefficient to be applied to the quantities on which applications for import licences and applications for import rights lodged from 1 to 7 October 2014 are based and establishing the quantities to be added to the quantity fixed for the sub-period from 1 April to 30 June 2015 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 616/2007 for poultrymeat
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill- 1 sas- 7 ta' Ottubru 2014 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill- 1 ta' April sat- 30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill- 1 sas- 7 ta' Ottubru 2014 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill- 1 ta' April sat- 30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
ĠU L 301, 21.10.2014, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1111/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu. |
(4) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Ottubru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 huma mogħtija fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
PARTI A
Numru tal-grupp |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 |
|
|
(%) |
(f'kg) |
1 |
09.4211 |
0,401123 |
— |
2 |
09.4212 |
1,311645 |
— |
4 A |
09.4214 09.4251 09.4252 |
11,793242 0,716093 — |
— — 7 247 253 |
6 A |
09.4216 09.4260 |
0,452286 1,059327 |
— — |
7 |
09.4217 |
— |
37 034 400 |
8 |
09.4218 |
— |
9 276 800 |
PARTI B
Numru tal-grupp |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 |
|
|
(%) |
(f'kg) |
5 A |
09.4215 09.4254 09.4255 09.4256 |
0,60308 4,241146 4,464306 — |
— — — 4 745 003 |